Lokali
Jerġa’ jaqbad il-pinzell f’idu wara perjodu diffiċli f’ħajtu

Flimkien ma’ karriera mużikali Tony Bartolo rnexxielu wkoll jiżviluppa t-talenti tiegħu fil-pittura. Fir-Razzett tal-Markiż Bartolo qed jesebixxi għadd ta’ kwadri li ħafna minnhom pittirhom fl-aħħar snin.

L-interess ta’ Tony Bartolo fl-arti ilu minn meta kien żgħir iżda meta kellu bejn 12 u 13-il sena jingħata l-ewwel biċċa xogħol importanti. Kien saċedot li tah l-inkarigu biex ipinġi x-xenarju tal-palk għal teatrin imtella’ minn kumpanija tad-drama fl-Imġarr.

Tony Bartolo qal li “il-Father qalli titħajjarx tagħmel xenarju għall-kumpanija tal-Imġarr, Imġarr Dramatic Company, u għedtlu nipprova u kienet katakombi għax dak iż-żmien kienu jagħmlu ħafna teatrini tal-Insara, tar-Rumani u hekk  I was successful u kapaċi nagħmel kbir bħal ma kienu jagħmlu l-oħrajn”.

Minħabba mument diffiċli fil-ħajja, Bartolo kien waqaf ipinġi iżda 10 snin ilu martu reġgħet ħajritu jerġa’ jaqbad il-pinzell.

Tony Bartolo qal li “artist qaltli rajt pitturi tiegħek, id-djar ta’ ħutek, huwa xogħol sabiħ, għedtilha nara u xtratli l-kuluri u l-easel u jien għedt its a waste of time però ġie mument li biex nikkuntenta ħa nibda u minn hemm erġajt tlaqt”.

Bartolo jgħid li l-baħar jaffaxxinah minħabba l-moviment u l-kulur blu tiegħu. Huwa juża l-aktar l-acrylic u ż-żejt. Jaħdem ukoll bil-water colours għalkemm jgħid li huwa ferm aktar diffiċli għax ma wieħed ma jistax jikkoreġi l-iżbalji.

L-esebizzjoni tinsab fir-Razzett tal-Markiż fil-Mosta u ser iddum miftuħa sad-29 ta’ Mejju.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Bejn Malta u Għawdex m’hemmx biss baħar jaqsam. Studju ta’ studenta Għawdxija kkonkluda li leżbjani Għawdxin qed ikollhom jiġu jgħixu Malta minħabba l-pressjoni li jħossu mill-familji u l-komunitajiet Għawdxin. Għal…

Stejjer Umani

Iż-żfin għal ħafna huwa mezz ta’ soċjalizzazzjoni u divertiment imma għal Joe Saliba, li għandu 72 sena, iż-żfin huwa aktar minn żvog. Joe huwa fost bosta persuni li ħadu l-parir…

Stejjer Umani

Problema soċjali kumplessa wasslu biex omm żagħżugħa b’żewġt itfal u kelb tispiċċa torqod f’karozza u tgħajjex lill-uliedha b’€500 fix-xahar. L-omm stqarret li ma setgħetx tmur f’shelter offrut mill-appoġġ minħabba fost…

Aktar