Immigrazzjoni
Jerġa’ jitħeġġeġ in-nar fiċ-ċentru ta’ detenzjoni ta’ Ħal Safi

Wara li dalgħodu immigranti fiċ-ċentru ta’ detenzjoni ta’ Ħal Safi qabbdu n-nar bi protesta biex jingħataw il-libertà, il-protesti ssokktaw illejla.

Meta kollox kien kalm u għadd ta’ uffiċjali li kienu baqgħu fuq il-post għal li jista’ jinqala’ rtiraw, reġgħu bdew il-protesti.

Għall-ħabta tal-5.00 ta’ filgħaxija, għadd ta’ immigranti reġgħu bdew ikissru fuq ġewwa taċ-ċentru u taw in-nar lil diversi oġġetti.

Il-Pulizija u membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili reġgħu intervjenew biex jitfu n-nar u jikkontrollaw is-sitwazzjoni.

Ritratt (fuq) – In-nar li tqabbad dalgħodu.

Ara wkoll:

BIL-FILMAT: Nar u protesti fiċ-ċentru ta’ detenzjoni ta’ Ħal Safi

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Il-mediċina u l-ikel huma fost l-aktar prodotti essenzjali li mingħajrhom Malta ma tgħaddix fi żmien ta’ pandemija. Tliet xufiera Maltin li jaħdmu ma’ kumpanija lokali tal-loġistika rifsu Malta għall-ewwel darba…

Lokali

Fil-fehma tad-Dekan tal-Fakultà għat-Tisħiħ tas-Soċjetà, il-Professur Andrew Azzopardi, il-ġlieda kontra d-droga u l-kultura tal-flus huma kruċjali biex iż-żgħażagħ ma jaqbdux it-triq tal-kriminalità li studju juru li jekk jidħlu fiha minn…

Kronaka

Il-pulizija qed tfittex raġel li wara nofsinhar daħal jisraq minn dar ta’ anzjana f’San Ġiljan. Il-pulizija qalet li ġiet informata bis-serqa minn residenza fi Triq Ċensu Tabone li tinsab fiż-żona…

Infrastruttura

Dik li kienet il-Biċċerija l-Antika lejn in-naħa t’isfel tal-Belt, mix-xahar id-dieħel se tkun il-Valletta Design Cluster – proġett li ser ikun wirt ieħor li jibqa’ minn fost kullana ta’ inizjattivi…

Aktar