Annimali
Jerġgħu jiltaqgħu b’kumbinazzjoni wara kważi sena, jitgħannqu kif jaraw ‘il xulxin

F’dawn l-aħħar jiem ritratt li jisraqlek qalbek mir-Renju Unit ta’ żewġt iklieb tar-razza Cockapoo jitgħannqu kien qed idur ġmielu fuq il-midja soċjali mal-erbat irjieħ, b’bosta persuni jiggustaw dan il-ġest mhux daqstant tas-soltu.

Spiss, meta żewġt iklieb jinzertaw ‘il xulxin aktarx li jew jagħmlu għal xulxin jew jinbxu ‘l xulxin biex jilagħbu. F’ritratt partikolari iżda, żewġt iklieb, Monty u Rosie, lanqas laħqu lemħu ‘l xulxin li ma nfexxewx jitgħannqu bil-ferħ. Addijo d-distanza soċjali.

F’kummenti lis-sit ‘The Dodo’, sidt Rosie, Susan Killip qalet li ż-żewġt iklieb huma aħwa u li nfirdu f’Ġunju li għadda hekk kif ġew addottati minn familji differenti.

Madanakollu, minkejja l-fatt li minn dakinhar ‘l hawn għaddew dawn ix-xhur kollha, is-Sinjura Killip qalet li ż-żewġt iklieb baqgħu jiftakru ‘l xulxin, kif jixhdu żewġ ritratti mtella’ fuq Twitter minn bintha Libby. Spjegat, li Monty u Rosie nzertaw ‘il xulxin b’kumbinazzjoni f’wieħed mill-ġonna pubbliċi u li malli lemħu ‘l xulxin infexxew f’tgħannieqa ħelwa, viżibbilment fis-seba’ sema.

Aħbarijiet Oħra
Reliġjon

Tefa’ ta’ ġebla ‘l bogħod minn xtut il-gżejjer Maltin, Sqallija mogħnija b’pajsaġġ pittoresk li jsaħħar l-għajnejn u b’għadd ta’ bliet il-ġmiel tagħhom. Fosthom, il-belt ta’ Modica. Liema żona, fost l-oħrajn,…

Kurżitajiet

Il-Prim Ministru tar-Renju Unit, Boris Johnson, għal darb’ oħra għamel referenza għal Malta b’mod li ma tantx niżel tajjeb mal-Maltin, wara li fl-2012 iddieħak bil-Maltin għax xtraw il-bendy buses mingħand…

Kurżitajiet

Il-kantanta ċelebri Maltija, Ira Losco ħabbret ftit tal-jiem ilu li se terġa’ ssir omm għat-tieni darba, din id-darba ta’ tifla. Hija qalet li hi u familtha jinsabu ferħanin se jtiru…

Aktar