Lokali
Jerġgħu jinfetħu u jirduppjaw iċ-ċentri ta’ servizz.gov

Mill-ġimgħa d-dieħla, se jerġgħu jinfetħu ċ-ċentri reġjonali u dawk speċjalizzati ta’ servizz.gov wara waqfa ta’ xahrejn kawża tal-imxija ta’ Covid-19. Iċ-ċentri reġjonali eżistenti ta’ servizz.gov li se jinfetħu huma ta’ Ħal Qormi, il-Birgu u l-Qawra, filwaqt li dawk speċjalizzati huma Taxpayer Service servizz.gov u edu servizz.gov.

Iċ-ċentri ta’ servizz.gov se jirduppjaw, hekk kif l-Uffiċċji Distrettali tas-Sigurtà Soċjali se jiġu taħt it-tmexxija tal-aġenzija servizz.gov. Dawn huma l-Ħamrun, iż-Żejtun, il-Mosta, Ħaż-Żabbar, iż-Żurrieq, in-Naxxar u l-Fgura.

Il-Ħamrun, iż-Żejtun, il-Mosta, Ħaż-Żabbar, iż-Żurrieq u l-Qawra se jiftħu kuljum mit-Tnejn sas-Sibt mit-08:00 sas-14:00 u l-Erbgħa filgħaxija mill-16:30 sas-19:00. Ħal Qormi u l-Birgu se jiftħu erba’ darbiet fil-ġimgħa, jiġifieri nhar ta’ Tnejn, l-Erbgħa, il-Ħamis u s-Sibt mit-08:00 sas-13:00 u l-Erbgħa mill-16:30 sas-19:00, filwaqt li n-Naxxar u l-Fgura se jiftħu nhar ta’ Tlieta u Ġimgħa mit-08:00 sa nofsinhar u l-Erbgħa filgħaxija mill-16:30 sas-19:00.

Ġimagħtejn wara se jkomplu jiftħu aktar ċentri, biex b’hekk sal-bidu ta’ Lulju 2020 iċ-ċentri ta’ servizz.gov ikunu ttripplaw.

servizz.gov se jibqa’ joffri assistenza dwar servizzi governattivi permezz tal-mezzi varji tiegħu, fosthom Freephone 153, il-one-stop-shop online www.servizz.gov.mt, l-indirizz elettroniku [email protected] u maltapps, li hija l-mobile app ewlenija li tospita servizzi mill-mobile.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi ħatar inkjesta skont il-liġi bil-għan li tistabilixxi l-fatti b’rabta ma’ każ fejn priġunier li ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest, kien rilaxxat mill-ħabs u deher…

Lokali

Il-Maltapost qalet li l-ħidma tagħha għadha ma ġietx lura għan-normal riżultat fost l-oħrajn ta’ tnaqqis b’aktar min-nofs fit-titjirjiet kummerċjali, iż-żieda fix-xiri online u l-akkumulazzjoni ta’ posta f’tliet pajjiżi Ewropej. Il-Maltapost…

COVID-19

Tħassar ukoll il-kunċert ta’ Joseph Calleja li din is-sena kellu jsir fl-4 ta’ Settembru fuq il-Fosos tal-Furjana u li issa mistenni jsir f’format differenti. NnG Promotions, l-organizzaturi tal-kunċert li bħala…

Annimali

Ilbieraħ, il-BirdLife Malta ġabret għasfur pjuttost rari li huwa sottospeċi Mediterranja tal-Bies, li nstab ferut b’tiri ta’ senter fl-Għarb, Għawdex. Fi stqarrija, il-BirdLife qalet li l-għasfur instab minn familja li…

Aktar