Barranin
Jersaq il-Papa lejhom u ma jiħdulux b’idu – jibqgħu aljenati fil-mowbajl

Il-Papa Franġisku kien xi ftit diżiluzz meta ltaqa’ ma’ grupp ta’ żgħażagħ u dawn aktar kien moħħhom fil-mowbajl u l-istessi.

Huwa qal li għalkemm iż-żagħżagħ kienu kuntenti li qed jarawh kienu aljenati fil-mowbajl tant li meta mar ħdejhom biex isellmilhom ftit kienu li ħarġu jdejhom biex isellmulu.

Stqarr li minkejja li kienu kuntenti u bdew jagħmlu l-istorbju xħin rawh ħafna minnhom kien moħħhom fid-dinja virtwali.

Saħaq li din hija serja għax ir-realtà taż-żgħażagħ hija dik tal-mowbjal u mhux tal-kuntat uman. Huwa ddeskriva liż-żgħażagħ bħala żgħażagħ virtwali.

Filwaqt li qal li d-dinja tal-komunikazzjoni virtwali hi tajba, il-Papa qal li din id-dinja qed tkun waħda ta’ aljenazzjoni li qed twassal biex in-nies jinsew il-kuntatt uman tant li jinsew jieħdu b’idejn xulxin,.

Saħaq li hemm bżonn li ż-żgħażagħ jiġu mgħejjuna biex jinżlu fid-dinja reali.

Aħbarijiet Oħra
Trump

Il-President Amerikan Donald Trump iddikjara li l-Istati Uniti se tkun qed tirtira mit-trattat dwar l-armi nukleari mar-Russja. Waqt li kien qed jitkellem mal-ġurnalisti, Trump qal li d-deċiżjoni ttieħdet għaliex ir-Russja…

Barranin

Mas-60 persuni, fosthom tfal, tilfu ħajjithom, u madwar 100 oħra sfaw feruti meta ntlaqtu minn ferrovija fl-istat ta’ Punjab, fl-Indja. Filmat li nġibed minn mobile juri dawn il-mumenti xokkanti. It-traġedja ġrat…

Barranin

L-Arabja Sawdija ammettiet li l-ġurnalist Jamal Khashoggi nqatel fil-konsolat tagħha fit-Turkija, wara li għal ħmistax sħaħ sostniet li dan kien ħareġ mill-konsolat qawwi u sħiħ. Il-midja tal-istat tas-Sawdi kkwotat l-ewwel…

Barranin

Anzjan spiċċa b’imnieħru u tliet kustilji miksurin wara li qala’ xebgħa mingħand sid ta’ restorant talli ordna biss antipasto.  Il-każ seħħ f’Arezzo fl-Italja u jinsab f’ħoġor il-Qorti. Il-klijent, li għandu…

Aktar