Divertiment
ARA: Jesprimi mħabbtu waqt programm televiżiv

Mill-programm televiżiv Amici li jixxandar fuq Canale 5 kull sena donnu tifforma xi koppja jew xi stejjer ta’ mħabba.

Is-sena l-oħra kien hemm il-kantanta Maltija Emma li spiċċat f’relazzjoni mar-rapper Biondo, biż-żewġ żgħażagħ għadhom joħorġu flimkien sal-lum il-ġurnata.

U din is-sena jaf ma tkunx eċċezzjoni.  Iżda din id-darba l-istorja hija xort’oħra.  Dan għax wieħed mill-parteċipanti, it-tenur Alberto stqarr li huwa miġbud lejn il-kantanta famuża Emma Marrone li wkoll kienet studenta f’Amici u kienet fost il-membri tal-ġurija fl-edizzjoni ta’ din is-sena.

Waqt lezzjoni tal-kant, Alberto żvela lill-għalliem Pino Perris li jaħseb fi tfajla mingħajr ma qallu min hi.  Meta beda jipprova jeħodlu minn moħħu min hi, lil Alberto ħarablu l-isem ta’ Emma.

Fil-fatt Emma Marrone hija t-tfajla li kien qed jirreferi għaliha Alberto.  U fil-programm tas-Sibt li għadda tgħidx kemm ibbottjawlu lil Alberto, tant li f’ħin minnhom qal li jrid jixtrilha bukkett ward ħomor, iżda hi wieġbitu li ma tantx iġibulha risq.

Madanakollu, Emma ħalliet il-bieb imbexxaq għal Alberto, li nhar is-Sibt impressjona lil kulħadd bil-mod kif interpreta l-kanzunetta tal-Queen ‘Bohemian Rhapsody’.

Alberto huwa wieħed mill-erba’ finalisti tal-edizzjoni ta’ din is-sena tal-programm Amici.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Esperti forensiċi baqgħu mistagħġba meta waqt investigazzjoni fuq l-għibien ta’ tifla fl-1983, Emanuela Orlandi, meta qalgħu l-għadam minn żewġ osswarji fil-Vatikan, ma sabu lanqas l-għadam ta’ żewġ prinċipessi tas-seklu dsatax…

Barranin

F’Venezja, il-Pulizija mmultat żewġ turisti Ġermaniżi wara li nqabdu jagħmel kafè fuq it-taraġ tal-pont ta’ Rialto It-turisti weħlu multa ta’ €950 talli kienu qed isajru l-kafè fuq kuker żgħir. Flimkien…

Barranin

Il-vulkan Etna qed jerġa’ jiżbroffa u li kawża tad-duħħan iswed, ajruporti fil-viċinanzi fosthom ta’ Katanja u Comiso qed ikollhom jillimitaw l-operat tagħhom. Nies entużjasti fuq il-vulkan ħadu ritratti mill-isbaħ tal-lava…

Barranin

Fl-20 ta’ Lulju, 1969, mas-600 miljun persuna segwew b’entużjażmu u b’kurżità l-ewwel passi tal-bniedem fuq il-qamar. L-astronawta Neil Armstrong naqqax dan l-avveniment bil-frażi storika “That’s one small step for man,…

Aktar