Lokali
Jessica Micallef it-tfajla li tilfet ħajjitha fl-Imġarr

Jessica Micallef hija t-tfajla li tilfet ħajjitha fl-Imġarr.

Jessica li għandha 22 sena mir-Rabat mietet wara li fetħet il-bieba tal-karozza u allegatament qabżet minn ġo fiha u sofriet xi ġrieħi.

L-inċident fatali seħħ fi Triq ta’ Binġemma fl-Imġarr għall-ħabta tas-2.25pm.

Il-karozza kienet misjuqa minn żagħżugħ ta’ 24 sena residenti Ħaż-Żabbar.

TVM huwa informat li mill-investigazzjonijiet ħareġ li t-tfajla ħarġet mill-karozza waqt li l-għarus tagħha kien qed isuq.

Ara wkoll:

AĠĠORNAT: Tmut wara li ħarġet mill-karozza u ħabtet rasha

Aħbarijiet Oħra
Budget

Mis-sena d-dieħla, il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna ħabbar li studenti ta’ 14 u 15-il sena se jkunu jistgħu jibdew jivjaġġaw bit-trasport pubbliku bla ħlas.  Se jkunu qed jieħdu vantaġġ minn din l-iskema…

Budget

Il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna qal li l-iskemi eżistenti b’rabta mal-propjetà se jibqgħu fis-seħħ. Għaldaqstant min huwa first time buyer, second time buyer, jixtri propjetà f’żona ta’ konservazzjoni urbana jew propjetà…

Budget

Għall-ewwel darba fi 11-il sena se jiżdied iċ-childrens’ allowance għal familji bi dħul gross anqas minn €20,000 fis-sena, fejn l-allowance se tkun qed tiżdied sa massimu ta’ €96 fis-sena għal…

Budget

Tħabbar li għar-raba’ sena se tiżdied il-pensjoni, bis-sena d-dieħla se tingħata żieda ta’ €2.17 lill-pensjonanti kollha tas-sigurtà soċjali, barra ż-żieda tal-għoli tal-ħajja. Hekk dawn il-pensjonanti b’kollox jieħdu żieda ta’ €4.50…

Aktar