Jessika – The Flame

Jessika se tkun weħida fuq il-palk biex tinterpreta l-kanzunetta ‘The Flame”. Il-fjamma li titkellem fuqha iżda se tkun riflessa fil-kulur tad-dawl u l-grafika fuq l-iscreens. Jessika li ħadet sehem fil-Malta Eurovision Song Contest f’diversi okkażjonijiet għażlet li tinterpreta kanzunetta bi stil differenti milli huwa sinonimu magħha. “The Flame” hija kompożizzjoni ta’ Philip Vella, b’lirika ta’ Gerald James Borg.