Lokali
Jgħabbu kollox fi vjaġġ wieħed b’periklu għal bosta sewwieqa

Sewwieqa li lbieraħ waranofsinhar inzertaw għaddejjin minn San Ġwann esprimew it-tħassib tagħhom dwar vann li kien mgħobbi sa ruħ ommu b’kull xorta ta’ affarijiet li tbattlu minn xi appartament fl-inħawi.

Ritratt mibgħut lil tvm.com.mt juri l-vann mgħobbi b’kull xorta ta’ affarijiet fosthom tliet saqqijiet, biċċiet tal-għamara, siġġijiet u gyser.

Sewwieq li tkellem ma’ dan is-sit qal li l-vann kien qiegħed jinstaq minn qalb diversi karozzi fi triq ewlenija. Dan b’periklu kbir għall-fatt li kif jidher fir-ritratt, ma ntuża ebda lqugħ u/jew xi rbit biex jevita li xi oġġetti jispiċċaw fuq xi vettura oħra li kienu qegħdin jinstaqu fil-viċinanzi.