Jgħaddu minn fuqha tliet vaguni… u tibqa’ ħajja

Tfajla Amerikana ta’ 22 sena ħelsitha ħafif nhar il-Ħadd meta waqgħet għal fejn tgħaddi l-ferrovija fil-metro ta’ 49th Street, New York, u minkejja li għaddew minn fuqha tliet vaġuni, baqgħet ħajja.

Mary Downey kienet fis-sakra meta niżlet fl-istazzjon u f’ċertu ħin tilfetb il-bilanċ u waqgħet għal fuq il-ħadid minn fejn tgħaddi l-ferrovija. Minkejja li ma kinitx f’sikitha intebħet li kienet ġejja l-ferrovija u li ma kelliex ċans tqum. Għalhekk tgeżżet kif setgħet bejn il-ħadid u ħalliet it-tren tgħaddi minn fuqha.

Meta qamet sabet li kienet biss weġgħet spallitha.