Jgħib ajruplan tal-Emirati Arab Magħquda wara missjoni fil-Yemen

L-Emirati Arab Magħquda qalet li wieħed mill-ajruplani tal-gwerra tagħha li għeb ajruplan li qed jipparteċipa f’missjoni kontra r-ribelli Houthi fil-Yemen.

L-aġenzija uffiċjali tal-aħbarijiet, WAM ħabbret l-għejbien tal-ajruplan mingħajr ma żvelat dettalji.

Il-koalizzjoni mmexxija mill-Għarabja Sawdija li tagħmel parti minnha l-Emirati Arab Magħqud, ilha minn Marzu 2015 twettaq attakki mill-ajru fil-Yemen f’appoġġ lejn il-President Abedrabbo Mansour Hadi.

Fil-kunflitt tal-Yemen inqatlu s’issa mas-6,000 persuna.