Barranin
Jgħid li Facebook ma fihx ħobż u kulħadd għandu jħassru

Il-fundatur tal-kumpaniji SpaceX u Tesla, Elon Musk ikkritika pubblikament lill-fundatur ta’ Facebook, Mark Zuckerberg fejn qallu li dak li ħoloq u tant jiftaħar bih ma fihx ħobż.

Musk, inġinier ta’ inġenji li għandhom x’jaqsmu mal-ispazju u vetturi li jaħdmu b’mod sostenibbli, kellu kliem iebes għal Zuckerberg. Dan qalu fuq Twitter fejn qabel mal-istqarrijiet tal-attur Sacha Baron Cohen li wkoll attakka lil Zuckerberg fuq in-nuqqas ta’ privatezza u sigurtà ta’ Facebook.

Sacha Baron Cohen

Skont Cohen, għandhom ikunu l-gvernijiet li jiddeterminaw kif jaħdem Facebook u mhux jitħalla kollox f’idejn il-fundatur, li għandu lok għal manipolazzjoni u propoganda sħiħa.

Musk qal li Zuckerberg huwa limitat fit-twemmin tiegħu f’dak li għandu x’jaqsam mat-teknoloġija u l-Intelliġenza Artifiċjali. Huwa qal li Zuckerberg jibqa’ wisq ottimist u mhux qed jara l-perikli kbar fosthom dawk ta’ natura eżistenzjalista li dieħel għalihom il-bniedem.

Mark Zuckerberg
Aħbarijiet Oħra
Barranin

Għat-tielet ġurnata infila, iċ-Ċina ħabbret tnaqqis f’każijiet ġodda ta’ infezzjonijiet mill-coronavirus. L-awtoritajiet irrapportaw 2,009 każi ġodda u 142 mewt fil-pajjiż. Aktar kmieni din il-ġimgħa kien hemm żieda fil-każi ġodda wara…

Barranin

Il-Qatar miexi biex jistabilixxi rekord ġdid bħala l-iżgħar pajjiż li qatt organizza t-tazza tad-dinja, anke jekk il-klima sħuna tal-Qatar u l-fatt li m’għandux tradizzjoni kbira tal-futbol jagħmlu din il-missjoni iktar…

Barranin

Filmat miġbud taħt il-baħar juri xena kommoventi ta’ għaddasa Taljani li għenu kelb il-baħar kbir fil-Maldivi. L-għaddasa kienu qegħdin viċin il-gżira Fuvahmulah, meta ltaqgħu ma’ whale shark ta’ madwar 4…

Barranin

Riċerkaturi qed iwissu fuq il-ħsara psikoloġika u morali li jemmnu li tista’ ssir meta l-intelliġenza artifiċjali tintuża għal skopijiet sesswali. Huma qed isostnu li l-produzzjoni ta’ robots għas-sess mhux qed…

Aktar