Kronaka
Jgħid li ħadd ma avviċinah jew kellmu dwar it-talbiet tal-aħwa Degiorgio għall-ħelsien mill-arrest

Wara diversi rapporti fil-media dwar recording ta’ konverzazzjoni bejn Yorgen Fenech u Melvin Theuma fejn issemma l-isem tal-Imħallef Emeritus Antonio Mizzi, l-istess Imħallef talab minn jeddu sabiex jagħmel dikjarazzjoni lill-uffiċjali prosekuturi fil-każ fl-ismijiet Il-Pulizija vs Yorgen Fenech. It-talba tiegħu ġiet milqugħa u għamel din id-dikjarazzjoni f’laqgħa mal-Ispettur Keith Arnaud u Kurt Zahra.

L-Imħallef Mizzi ddikjara li ħadd qatt ma avviċinah u ħadd qatt ma kellmu dwar iż-żewġ talbiet għall-ħelsien mill-arrest li saru mill-aħwa Degiorgio. L-Imħallef Mizzi kien ċaħad dawn iż-żewġ talbiet fis-7 t’Awwissu, 2018 u fit-2 t’Ottubru, 2018 rispettivament.

Ara wkoll:

AĠĠORNAT: “Keith Schembri ‘kesaħ’ meta sar jaf bil-qtil ta’ Caruana Galizia” – Melvin Theuma