Parlament
Jgħid li hemm każ ta’ ksur ta’ privileġġ minn Jason Azzopardi fil-konfront ta’ Chris Cardona

L-Ispeaker Anġlu Farrugia f’ruling li ta fil-bidu tas-seduta Parlamentari qal li prima facie hemm każ ta’ ksur ta’ privileġġ mid-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi fil-konfront tad-Deputat Chris Cardona. Dr Cardona talab ir-ruling mill-Ispeaker wara li fuq Facebook, id-Deputat Nazzjonalista għajjru giddieb u korrott u fil-kamra tad-deputati, Dr Azzopardi kkonferma dak li kiteb u sfida lil Dr Cardona biex jagħmillu libell.

Fir-ruling tiegħu, l-Ispeaker qal li d-diskors u l-kitba ta’ Dr Azzopardi kontra membru tal-Kamra jikkostitwixxu prima facie ksur ta’ privileġġ. Qal li dan bla preġudizzju għall-azzjonijiet oħra li jistgħu jittieħdu. Dr Farrugia reġa’ appella lill-membri biex f’diskorshom ikunu rispettużi lejn xulxin.