Barranin
Jgħid li jinsab imħasseb bil-mibgħeda u r-razziżmu li qed jiżdied

Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump żar lill-ħaddiema tal-emerġenza u l-persuni li ndarbu fl-isparatura tal-massa f’El Paso f’Texas, li hija waħda miż-żewġt ibliet fejn seħħew attakki bl-armi li ħasdu l-ħajja ta’ 31 persuna.

F’El Paso mietu 22 persuna fl-attakk li seħħ nhar is-Sibt li għadda. Qabel żar Texas, Trump żar ukoll Dayton f’Ohio.

Il-President Amerikan qal li jinsab imħasseb li l-mibegħda qed tiżdied.

Madankollu, hu ntlaqa’ minn għadd ta’ dimostranti b’kartelluni jgħidulu biex imur lura daru għax hu mhux milqugħ u li l-mibegħda tiegħu u r-razziżmu mhux milqugħin f’Texas.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Jaf tkun elezzjoni deċiżiva – għallinqas dwar Brexit – dik li qed issir illum fir-Renju Unit. Iżda jaf ukoll li r-riżultat ma jwassalx għal soluzzjoni konklussiva speċjalment jekk ħadd mill-partiti…

Barranin

Iżrael se jmur għat-tielet elezzjoni ġenerali f’inqas minn sena wara li skada ż-żmien biex tkun iffurmata koalizzjoni ta’ maġġoranza. L-elezzjoni li jmiss mistennija ssir fit-tieni jum ta’ Marzu li ġej….

Barranin

Il-poplu Ingliż illum jivvota fit-tielet elezzjoni ġenerali f’inqas minn ħames snin. Il-postijiet ta’ votazzjoni f’650 kositwenza jiftħu madwar l-Ingilterra, Wales, l-Iskozja u l-Irlanda ta’ Fuq fit-tmienja ħin lokali. Wara li…

Brexit

Il-poplu Ingliż għandu quddiemu deċiżjoni importanti ħafna . Skont kif se jkun ir-rizultat tal-elezzjoni ġenerali ta’ għada se jkun deċiż il-futur tal-pajjiż u tar-relazzjoni tiegħu mal-Unjoni Ewropea. Illum kienet l-aħħar ġurnata…

Aktar