Qorti
Jgħid li kien jisraq biex iħallas il-kera u jixtri biex jiekol

Żagħżugħ ta’ 24 sena mill-Mali li l-ġimgħa d-dieħla kien se joħroġ mill-ħabs, tressaq il-Qorti u ġie mixli li f’Diċembru ta’ ħames snin ilu wettaq sensiela ta’ serqiet.

Mahamdou Fofana ammetta l-akkużi, bil-Maġistrat Claire Stafrace Zammit ordnat li qabel tagħti s-sentenza jsir rapport minn uffiċjal tal-probation, u l-imputat jibqa jinżamm fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.

Fil-Qorti, l-Ispettur Wayne Camilleri spjega li investigazzjonijiet tal-Pulizija mid-Distrett tal-Ħamrun wasslu biex Mahamadou Fofana ġie akkuzat li seraq numru ta’ laptops, mobiles, tablet u flus kontanti minn ħames residenzi fis-Swieqi, l-Imsida, l-Gzira, Birkirkara u Santa Venera.

Il-Pulizija waslet għal Mahamdou Fofana, li qed jiskonta sentenza ta’ priġunerija dwar serq minn residenzi, wara jiem ta’ analizi forensika.

L-Ispettur Camilleri qal li ż-żagħżugħ kien qed jisraq biex iħallas il-kera u jkollu biex jixtri x’jiekol.

Ara wkoll:

Jinqabad is-suspettat f’sensiela ta’ serqiet minn djar 5 snin ilu