Qorti
Jgħid li kien sejjer il-poliklinika meta nqabad b’virga u tnalja quddiem ħanut 

Raġel li twaqqaf mill-Pulizija meta kien wieqaf quddiem ħanut fi Triq Ħal Tarxien f’Raħal Ġdid fis-sigħat bikrin ta’ filgħodu, instab li kellu fuqu oġġetti li jintużaw għall-isgassar u s-serq, fosthom virga, tnalja u kalzetti.

Carl Ciantar ta’ 30 sena kien diġà nstab ħati ta’ serq fl-2008 u fl-2013, u kien kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest f’mill-inqas tliet każijiet oħra, għax f’dak il-ħin mhux suppost li kien qiegħed barra.

Ciantar qal li dakinhar kien ħareġ mid-dar għax beda jaqta’ nifsu u kien sejjer il-poliklinika biex jingħata l-ossiġnu.

Dwar l-għodda li kellu fil-basket, huwa qal li kienet tintuża minnu u minn missieru peress li kellhom id-delizzju tal-karozzi. Fuq il-virga twila tal-ħadid, qal li kien żammha fuqu biex jiddefendi ruħu minn raġel li qal kellu diżgwit miegħu xi jiem qabel.

Mistoqsi għalfejn kien wieqaf quddiem ħanut magħluq, Ciantar qal li qariba tiegħu kienet se tixtrilu xi ħwejjeġ u ried jiċċekkja l-prezzijiet.

Il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Joseph Mifsud, qalet li r-raġuni għalfejn kellu dawk l-oġġetti fuqu meta suppost kien sejjer iċ-Ċentru tas-Saħħa b’attakk tal-ażma, ma kinitx sodisfaċenti.

Il-Qorti għalhekk ikkundannat lil Cinatar tliet xhur ħabs, irrevokatlu l-ħelsien mill-arrest, u kkonfiskatlu d-depożitu u l-garanziji li jammontaw għal €14,000.

Aħbarijiet Oħra
Annimali

Ikel li tpoġġa fuq ċint biex jittiekel mill-qtates, spiċċa minflok jittiekel mill-firien. Filmat li ttieħed illum viċin il-venda ta’ Marsaskala minn resident juri qtates żgħar iħarsu lejn l-ikel b’nuqqas ta’…

Kultura

L-Aġenzija Kulturali għall-Belt ħabbret programm ta’ attivitajiet mużikali għall-kapitali, li jinkludi kunċerti fl-apert u proġett bis-sehem ta’ mużiċisti żgħażagħ. L-istil mużikali se jvarja minn attività għal oħra, minn rock sa…

Kronaka

Uffiċjal tas-sigurtà sofra xi ġrieħi waqt attentat ta’ serqa minn ħanut f’Birkirkara. Il-każ seħħ għall-ħabta tal-5.10pm fil-ħanut tal-Eurosport fi Triq Salvu Psaila. Huwa mifhum li l-uffiċjal tas-sigurtà, raġel ta’ 46…

Qorti

Żagħżugħ inżamm arrestat wara li kien akkużat b’moħqrija tal-annimali. Il-Qorti semgħet kif nhar il-Ħadd li għadda l-Pulizija ssejħu fuq rapport ta’ mara li qalet li binha qed ikun aggressiv. Meta…

Aktar