Barranin
Jgħid li kollox jindika li l-Ewropa se tintlaqat mit-tieni mewġa tal-Covid-19

Il-Prim Ministru Ingliż, Boris Johnson qal li kollox jindika li l-Ewropa riesqa lejn it-tieni mewġa tal-Coronavirus hekk kif baqa’ jiddefendi d-deċiżjoni tal-gvern Ingliż dwar l-ivvjaġġar minn Spanja.

Johnson iddefenda d-deċiżjoni li kull min jivvjaġġa lejn Spanja u jirritorna lejn ir-Renju Unit irid awtomatikament jagħmel ġimagħtejn kwarantina filwaqt li qal ma jinkoraġġixxix l-ivvjaġġar lejn Spanja.

Qal ukoll li l-gvern jaf jieħu l-istess deċiżjoni fir-rigward tal-ivvjaġġar minn pajjiżi oħra dan biex tiġi mħarsa s-saħħa, is-sigurtà u s-sitwazzjoni tal-poplu Ingliż.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Tarbija f’Beirut kienet waslet biex titwieled meta seħħet l-ewwel splużjoni ta’ jumejn ilu, li farrket il-ħġieġ tas-sala tal-isptar. Il-mument inqabad minn missier it-tarbija, li dak il-ħin inzerta qed jiġbed filmat…

Barranin

It-tieni jum wara l-isplużjoni li heżżet il-kapitali Lebaniża, Beirut, fost sens qawwi ta’ xokk u rabja l-poplu kompla jnaddaf il-ħerba li sab ruħu fiha. S’issa mal-160 persuna kienu kkonfermati mejta…

Storja

Ħamsa u sebgħin sena ilu bħal-lum, id-dinja nħasdet. It-Tieni Gwerra Dinjija kienet għadha sejra fil-Paċifiku meta l-Istati Uniti tefgħet bomba atomica fuq Hiroshima u tliet ijiem wara fuq Nagasaki. L-effett…

COVID-19

Franza, Spanja u l-Greċja kien fost il-pajjiżi Ewropej li rreġistraw żidiet rekord tal-każijiet ġodda ta’ coronavirus u nisslu biża’ li din tista’ tkun it-tieni mewġa tal-pandemija fl-eqqel tal-btajjel tas-sajf. F’24…

Aktar