Barranin
Jgħid li l-Gvern tiegħu ma kellux involviment fl-arrest ta’ bint il-kap ta’ Huawei

Il-Prim Ministru Kanadiż, Justin Trudeau qal li l-Gvern tiegħu ma kellux involviment fl-arrest tad-deputat Chairperson tal-kumpanija Ċiniża ta’ telekomunikazzjoni Huawei.

Bint il-fundatur tal-kumpanija ta’ telekomunikazzjoni Ċiniża, Meng Wanzhou, ġiet arrestata fl-1 ta’ Diċembru fl-ajruport ta’ Vancouver fuq talba ta’ estradizzjoni lejn l-Istati Uniti.

Id-dettalji dwar l-arrest ma ġewx żvelati iżda l-Istati Uniti kienet qed tinvestiga l-kumpanija fuq suspetti li l-Huawei kisret is-sanzjonijiet tal-Amerika kontra l-Iran.

Iċ-Ċina qed tinsisti biex Wanzhou tinħeles, waqt li qed tgħid li l-arrest tagħha huwa ksur tad-drittijiet tal-bniedem.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-Prim Ministru tar-Renju Unit Theresa May tinsab fi Brussell fejn kellha taħditiet mal-ogħla uffiċjali tal-Unjoni Ewropea f’attentat biex issalva l-ftehim għal Brexit. Fi tweet ftit tal-ħin ilu, il-President tal-Kunsill Ewropew,…

Barranin

Persuna nqatlet u tal-inqas sitt persuni ndarbu wara li ġew sparati tiri fil-belt Franċiża ta’ Starsburgu. Il-Ministru għall-Intern Franċiż ikkonferma li seħħ każ serju għas-sigurtà pubblika u ħeġġeġ lir-residenti jibqgħu…

Barranin

Ftit sekondi nħassu ħafna itwal meta l-bieba tal-karozza tal-Prim Ministru Ingliż ma riditx tinfetaħ. Theresa May kienet għadha kemm waslet għal-laqgħa mal-Kanċillier tal-Ġermanja Angela Merkel, li magħha kellha tiddiskuti l-possibililtà…

Dieta

Jekk tintiżen regolament id-dar u toqgħod attent x’tiekol tista’ tevita milli teħxien f’dawn iż-żminijiet tal-festi tal-Milied. Studju ġdid mill-Universitajiet ta’ Birmingham u Loughborough qasmu lill-voluntiera f’żewġ gruppi biex janalizzaw x’jiġri…

Aktar