Barranin
Jgħid li l-pont il-ġdid f’Genova se jkun xhieda tal-qawmien tal-pajjiż

Fl-Italja beda jitwaqqa’ dak li baqa’ mill-pont Morandi biex fi żmien qasir jibda l-bini ta’ pont ieħor. Il-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura Taljan qal li l-pont il-ġdid mistenni jiġi inawgurat is-sena d-dieħla u li l-pont il-ġdid se jkun xhieda tal-qawmien tal-pajjiż.

F’Genova l-Italja kompla jinħatt il-pont Morandi, li parti sostanzjali minnu ġġarrfet f’Awwissu li għadda. It-traġedja kienet qatlet 43 persuna.

Iż-żarmar tat-travi ewlenin tal-pont beda nhar il-Ġimgħa fil-preżenza tal-Prim Ministru Giuseppe Conte u l-Ministru tal-Infrastuttura u t-Trasport Danilo Toninelli.

Il-gvern Taljan akkuża lill-operatur tat-toroq ewlenin fl-Italja bid-diżastru ta’ sitt xhur ilu u eskluda lill-entità mir-rikostruzzjoni tal-proġett, anke jekk se jkollha tħallas għalih. It-tmexxija ta’ Autostrade jinsabu taħt investigazzjoni ġudizzjarja, flimkien ma’ uffiċjali fil-Ministeru tat-trasport.

Għall-gvern Taljan, il-bini mill-ġdid tal-pont hi prijorità, bil-Ministru Toninelli jgħid li dan il-proġett se jkun l-immaġini tal-qawmien mill-ġdid tal-Italja.

Il-perit Renzo Piano, imwieled Genova, ħejja proposta ta’ pont ġdid u qabel li jsegwi x-xogħlijiet.

Il-bini mill-ġdid tal-pont mistenni jiswa 230 miljun ewro. Il-kuntratt tal-bini mill-ġdid tal-pont Morandi ngħata lil Salini Impregilo u Fincantieri.

Aħbarijiet Oħra
Reliġjon

Il-Papa Franġisku preseda l-funzjoni tal-Adorazzjoni tas-Salib fil-Bażilika ta’ San Pietru fil-Vatikan. Il-funzjoni saret bil-Latin għalkemm l-omelija saret minn Patri Raniero Cantalamessa bit-Taljan li bbaża l-omelija tiegħu fuq it-tbatija ta’ Kristu…

Barranin

Ġurnalista li kienet qed tirrapporta dwar irvell f’Londonderry fl-Irlanda nqatlet b’tir. Il-Pulizija qed tittratta dan il-każ bħala inċident terroristiku. Intant, dissidenti Repubblikani qed jiġu akkużati bil-qtil ta’ Lyra McKee ta’ 29…

Barranin

Il-Papa Franġisku ċċelebra l-Quddiesa tal-Aħħar Ċena ta’ Ħamis ix-Xirka f’ħabs qrib Ruma. Huwa ħasel u bies saqajn tnax-il ħabsi. Din hija l-ħames darba li l-Papa mexxa s-servizz lil hinn mill-Vatikan,…

Barranin

Bradley Welsh, boxer, futboler, u attur Skoċċiż, inqatel fi sparatura f’Edinburgh. Bradley, li kellu 42 sena, kien ħalla l-isports warajh biex daħal fid-dinja taċ-ċinema. Huwa kien wieħed mill-atturi ewlenin fil-film…

Aktar