X

Jilmenta li l-President jaf affetwat l-opinjoni pubblika dwar il-każ tiegħu

L-Avukati Difensuri ta’ Liam Debono, Dr Franco Debono u Dr Amadeus Cachia ressqu protest ġudizzjarju għaliex jemmnu li l-akkużat ġie mċaħħad mid-dritt għal smigħ imparzjali wara li l-President ta’ Malta attendiet il-mixja ta’ solidarjetà għall-Kuntistabbli Simon Schembri.

Il-ġuvni Liam Debono,  qiegħed jiġi akkużat li tajjar u kaxkar lill-Kuntistabbli Simon Schembri għal diversi metri u li kkawżalu 66% diżabbiltà.

Il-mixja, li seħħet il-Belt Valletta fid-19 ta’ Mejju, ipparteċipaw fiha u attendew bosta persuni fosthom il-President ta’ Malta. Skont l-Avukati Difensuri, il-mixja saret fil-kuntest tal-inċident li wassal lill-akkużat il-Qorti. Il-protest ġudizzjarju jkompli jgħid li l-preżenza tal-President fil-mixja juri biċ-ċar li pubblikament uriet il-pożizzjoni tagħha u li, bħala Kap ta’ Stat, m’għandha qatt tipparteċipa f’kwistjonijiet kontroversjali.

Il-protest ġudizzjarju jagħmel referenza wkoll għall-każ ta’ Paqpaqli, li fih hemm involuta l-President u li għadu qed jinstema’ l-Qorti.

 

 

rg :