Barranin
Jgħid li l-uġigħ ta’ meta mietet ommu qatt ma ħass bħalu

Id-Duka ta’ Cambridge qal li jista’ jempatizza ma’ min jitlef lil xi ħadd għażiż, speċjalment it-tfal, għax hu għadda mill-istess esperjenza.

Meta kien qed jitkellem waqt programm dwar is-saħħa mentali fuq il-BBC, id-Duka qal li l-uġigħ li ħass meta mietet ommu qatt ma ħass bħalu.

Huwa semma wkoll l-esperjenza tiegħu bħala bdot tal-air ambulance, fejn f’dan ix-xogħol kien iħoss li l-mewt tinsab dejjem fuq l-għatba. Qal li l-fatt li kuljum kien ikun viċin nies li jieħdu aħbar kerha ħafna, bdiet taffettwah ħafna.

Qal li l-pressjoni fuqu beda jħossha tiżdied, u kien jaf li għandu bżonn jitkellem dwarha, għaliex kien se jkollu problema.

Id-Duka ta’ Cambridge u ħuh diġà ppruvaw iqajmu kuxjenza fuq is-saħħa mentali meta waqqfu l-kampanja Heads Together u wkoll servizz ta’ messaġġi għal dawk għaddejjin minn problemi mentali.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson qal li l-possibiltà ta’ ftehim emendat dwar Brexit jiddependi fuq il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, iżda tenna li r-Renju Unit għandu jkun imħejji li jitlaq sal-31 ta’…

Barranin

Ħames persuni tilfu ħajjithom wara li ajruplan żgħir u ħelikopter ħabtu u ġġarrfu fi Spanja. It-traġedja seħħet fuq il-gżira Mallorca għall-ħabta tas-1.35 ta’ waranofsinhar. Qed ikun irrappurtat li fil-ħelikopter kien…

Barranin

Frank u Carmen Sant, Maltin li jgħixu l-Awstralja, tilfu ħajjithom matul il-lejl li għadda wara li kienu involuti f’inċident f’Sydney. Il-każ kien irrappurtat mill-midja Awstraljana u anki minn dik Ingliża,…

Barranin

Il-pulizija f’Hong Kong użaw il-gass tad-dmugħ biex iwaqqfu protesti kontra l-gvern f’subborg industrijali wara li l-attivisti waddbu bombi tal-petrol u bricks. Dan seħħ hekk kif ċ-Ċina ħelset ħaddiem tal-konsulat tar-Renju…

Aktar