Barranin
Jgħid li lest imur il-Qorti jekk il-PM Ingliż jipprova jissospendi l-Parlament

L-ex Prim Ministru Ingliż Sir John Major qal lill-BBC li lest li jmur il-qorti f’każ li l-Prim Ministru l-ġdid tar-Renju Unit jipprova jissospendi l-Parlament biex Brexit jgħaddi mingħajr ftehim. Sir John qal li dan huwa kompetament inaċċettabbli.

L-ex Prim Ministru Ingliż kellu kliem iebes għad-dikjarazzjoni ta’ Boris Johnson, li ma eskludiex li jissospendi l-Parlament.

F’dibattitu fuq it-televiżjoni bejn iż-żewġ kandidati għat-tmexxija tal-Partit Konservattiv, Boris Johnson u Jeremy Hunt tlewmu dwar bosta kwistjonijiet li jvarjaw minn Brexit għar-relazzjoni tar-Renju Unit ma’ Donald Trump.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Papa Franġisku ddikjara ħames qaddisin ġodda, fosthom wieħed mill-iktar personaġġi influwenti tas-seklu 19 . . . il-Kardinal John Henry Newman. Il-Kardinal Newman jibqa’ mfakkar l-iktar għall-fatt li kien Anglikan ferventi,…

Barranin

Sitta u għoxrin persuna mietu, 18 għadhom irrapportati nieqsa u aktar minn 170 ruħ indarbu fl-agħar maltempata fil-Ġappun fl-aħħar 60 sena. It-tifun Hagibis laqat Tokyo is-Sibt, b’riħ qawwi b’veloċità ta’…

Barranin

Żewġ persuni tilfu ħajjithom u 18 oħra jinsabu midruba wara li ċediet parti mil-lukanda Hard Rock, f’New Orleans. Fil-lukanda kienu qed isiru xi xogħlijiet meta ċediet parti minnha. Kawża tal-inċident,…

Barranin

Fil-Polonja fetħu l-postijiet tal-votazzjoni fejn il-Pollakki mistennija jagħtu mandat ieħor lill-partit tal-Ġustizzja u Liġi Nazzjonali, PiS, li potenzjalment se jkompli jkabbar l-iżolament tal-pajjiż għax tkompli tikber it-tensjoni mal-Unjoni Ewropea minħabba…

Aktar