Kurżitajiet
Jgħid li ma jistax iħobb mara li għandha ‘l fuq minn 50 sena

Dan huwa Yann Moix, kittieb Franċiż li pubblikament qal li mhux kapaċi jħobb mara li għandha ‘l fuq minn 50 sena minkejja huwa għandu din l-istess età.

L-awtur qal li jippreferi mara aktar ġovanili ta’ xi 25 sena għalhiex ma tistax tqabbilha ma’ waħda aktar anzjana.

Il-kumment tal-awtur qajjem furur sħiħ saħansitra anke fid-dinja ta’ Hollywood. Kienu bosta ċelebritajiet nisa li kkritikawh bl-aħrax mentri oħrajn b’sarkażmu qalulu li qed jagħmel żball kbir għaliex ma jafx xinhu jitlef bl-għażla tiegħu.

Fost dawk li wieġbuh fuq il-midja soċjali kien hemm Marina Foïs u l-ġurnalista Colombe Schneck.

Moix wieġeb lura li tal-anqas qiegħed ikun onest u li ħadd ma jista’ jindaħallu fil-gosti u l-għażliet tiegħu.

Aħbarijiet Oħra
Kurżitajiet

Raġel f’Ibiza li qabeż minn irdum ħa sorpriża kerha meta ta s-salt għal ġol-baħar. Huwa ħareġ fuq blata spuntata ‘l barra biex jipprova jaqbeż għal rasu b’lura, waqt li sħabu…

Kurżitajiet

Kulħadd xi darba jew oħra nesa warajh xi flixkun tal-plastik fil-karozza. F’filmat li qed idur id-dinja, id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ta’ Midwest City, jispjega l-periklu li jista’ jwassal flixkun tal-plastik minsi…

Kurżitajiet

Dan ir-ritratt qajjem bosta reazzjonijiet mad-dinja kollha hekk kif qabad fil-mument lill-Prim Ministru Ingliż b’saqajh fuq mejda fil-Palazz Élysée. Dan ġara lbieraħ fir-residenza uffiċjali tal-President Franċiż fejn Johnson iltaqa’ ma’…

Barranin

L-Ispeaker ta’ New Zealand ħa inkarigu mhux tas-soltu meta spiċċa jisqi tarbija waqt xogħol tal-Kamra. L-Ispeaker Trevor Mallard ħa f’dirgħajħ it-tarbija tad-deputat Parlamentari Tamati Coffey, li ħabbar it-twelid ta’ ibnu…

Aktar