Qorti
Jgħid li ma seraqx basket b’€1,500 fih minn fuq il-vapur t’Għawdex

Raġel ta’ 26 sena mix-Xewkija li jaħdem fil-kafeterija tal-vapuri tal-Gozo Channel wieġeb mhux ħati li seraq €1,500 mill-basket ta’ mara li ħallietu warajha fuq mejda.

Fil-Qorti, il-prosekuzzjoni ppreżentat filmati tas-CCTV juru lil Joseph Galea qed jaqbad il-basket iżda meta siegħa wara iben il-mara staqsa lill-ħaddiem jekk kienx rah, l-akkużat wieġeb fin-negattiv u aktar tard spjega lill-Pulizija li wieġbu hekk għax kien mgħaġġel u li kien iddepożita l-basket fil-kamra tal-affarijiet mitlufin.

Il-Maġistrat Bridget Sultana laqgħet it-talba għall-ħelsien mill-arrest b’depożitu ta’ €3,000 u garanzija personali ta’ €4,000.

Aħbarijiet Oħra
Edukazzjoni

Fix-xhur tas-sajf, meta ħafna mill-iskejjel ikunu baħħ, il-Ministeru tal-Edukazzjoni ħa l-okkażjoni jwettaq xogħlijiet ta’ manutenzjoni u tisbiħ u faċilitajiet ġodda fi kważi 100 skola tal-Gvern madwar Malta u Għawdex. Ħafna…

Kultura

Għaddej ir-restawr tal-eqdem binja fil-Mellieħa . . . kumpless ta’ tmintax-il kamra li kienu nbnew biex joffru spazju għal ftit ħin ta’ mistrieħ lill-pellegrini li jżuru s-santwarju tal-Madonna tal-Mellieħa. Il-qagħda…

Kostruzzjoni

L-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi (MDA) tikkundanna r-rimi illegali ta’ skart tal-kostruzzjoni f’postijiet pubbliċi. Dan l-assoċjazzjoni qalitu fi stqarrija wara t-tħassib li wera l-pubbliku fuq il-media soċjali, f’dak li għandu x’jaqsam mar-rimi ta’…

Lokali

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li l-Gvern ma jistax jindaħal biex iwaqqaf kawżi ċivili li jkunu nfetħu minn ċittadini privati jew minn terzi kontra ġurnalisti li jkunu ġew nieqsa u…

Aktar