Lokali
Jgħid li mara Maltija fieqet minn dijarea ta’ 15-il sena b’kura Ċiniża

Il-mediċina tradizzjonali Ċiniża ilha teżisti eluf ta’ snin, iżda f’Malta kien biss sentejn ilu li l-Università ta’ Malta fetħet kors dwar din il-mediċina, li minnu sal-lum iggradwaw 11-il persuna.

F’kollaborazzjoni mal-Università ta’ Shanghai fiċ-Ċina, l-Università ta’ Malta introduċiet kors ta’ sena f’livell ta’ Masters dwar il-mediċina tradizzjonali Ċiniża. Il-kors, li fetaħ sentejn ilu, hu miftuħ għall-professjonisti mediċi fosthom tobba, infermiera, qwiebel u fiżjoterapisti.

Monique Abela, li taħdem bħala qabla, hija waħda mill-persuni li ggradwat minn dan il-kors.

“Il-mediċina Ċiniża tinqasam fi tnejn. Għandek mediċina fejn tuża l-herbs u pjanti u jgħaqqduhom flimkien biex jagħmlu qisha tip ta’ mistura. Imbagħad għandek il-labar tal-acupuncture, il-cupping li kienu jgħidulhom fentusi, u teżisti herb li jgħidulha moksha, li tinħaraq u għandha effetti fuq il-ġisem,” tfisser Abela.

Qabla Maltija tispjega fiex tikkonsisti l-mediċina Ċiniża

Xiao Wang huwa wieħed mit-tobba li jgħallem il-kors lill-istudenti. Qal li mill-esperjenza tiegħu, diversi Maltin fittxew il-kura Ċiniża, speċjalment l-akupuntura għall-uġiġħ u kundizzjonijiet oħrajn.

“For instance, I got a case who had chronic diarrhea for 15 years and everyday the patient has to go to the toilet for at least 6-10 and it’s water like. It’s quite painful. So she decided to come to our clinic and take our therapy. What’s extraordinary is that from the very first session the diarrhea has been stopped,” qal Dr Wang.

Id-Direttur taċ-Ċentru għall-Mediċina Tradizzjonali Ċiniża, il-Professur Charles Savona Ventura, qal li f’sentejn iggradwaw 11-il student fil-mediċina Ċiniża. Din is-sena l-kors ma fetaħx għax ma kienx hemm biżżejjed applikazzjonijiet.

“Billi huwa kors full-time ta’ sena huwa impenjattiv ħafna, u l-professjonisti li qegħdin jaħdmu mhux neċesserjament isibuha faċli li jagħmlu kollox ikkonċentrat f’sena waħda, u anki qed niddiskutu biex naraw nagħmluhx part-time minflok full-time ħalli jsir fuq sentejn, minflok fuq sena,” qal Savona Ventura.

Il-mediċina Ċiniża żviluppat eluf ta’ snin ilu u kien biss fl-aħħar snin, li fil-kultura tal-Punent u f’Malta, bdiet tintuża bħala metodu alternattiv għal ċertu fejqan.

Aħbarijiet Oħra
Festi

Tliet politiċi kienu fost tnejn u għoxrin personalità li ġew onorati bid-dekorazzjonijiet tal-istat. Magħhom ġew onorati wkoll diversi personalitajiet għas-servizzi li taw fil-karrieri distinti tagħhom. Fosthom jispikkaw il-kuntistabbli Simon Schembri,…

Stejjer Umani

Omm Maltija tista’ tgħix ħajja normali wara li rċeviet trapjant minn organu ta’ baqra. Shirley Fenech, omm Maltija, għexet ħajja normali sal-2016 meta ħabta u sabta ħassha ħażin, intilfet minn…

Lokali

Il-Prim Minsitru tar-Renju Unit, Theresa May, qalet li hi mhix se tmexxi l-Partit Konservattiv għall-elezzjoni ġenerali li jmiss, erba’ snin oħra. May għamlet din id-dikjarazzjoni fi Brussel qabel daħlet għal-laqgħa…

Lokali

Qed jinbidlu bħalissa l-bozoz kollha li jdawlu t-toroq ewlenin f’Malta fi proġett li mistenni jnaqqas il-konsum tal-elettriku b’madwar 70%. Il-bozoz il-ġodda, aktar minn tliet elef, huma tal-għamla LED u joffru…

Aktar