Politika
Jgħid li meta l-Parlament japprova l-abbozz ta’ liġi dwar il-Pulizija jkun sar pass ‘il quddiem fil-governanza

Il-Prim Ministru Robert Abela qal illi meta l-Parlament japprova l-abbozz ta’ liġi dwar il-Pulizija jkun sar pass ‘il quddiem fil-governanza tal-pajjiż.

Huwa qal dan fil-Parlament li qed jiddiskuti mod ġdid ta’ kif jinħatar il-Kummissarju tal-Pulizija.

Il-Prim Ministru Abela qal li l-ħatriet li saru taħt Gvern Laburista saru bl-istess mod kif kienu jsiru taħt Gvern Nazzjonalista. Huwa qal li taħt amministrazzjoni Nazzjonalista kienu ġew mgħottija allegazzjonijiet li kienu saru fil-konfront ta’ Kummissarju tal-Pulizija. Huwa qal li dak iż-żmien l-Avukat Ġenerali kien qaleb ta’ taħt fuq dak li kienet qalet il-Maġistrat inkwerenti fuq ex-Kummissarju tal-pulizija biex dan il-persuna li ma kienx tressaq quddiem il-Qorti beix iwieġeb għal akkużi li kienu saru fuqhom mill-istess Maġistrat inkwerenti.

Il-Prim Ministru żied li l-Gvern għandu l-kuraġġ li jaħtar il-Kummissarju b’metodu ġdid u mhux wieħed kożmetiku. Qal li Kummissjoni Venezja rrakkomandat proċess kompetittiv. Dan se jsir b’sejħa pubblika għall-applikazzjoni taħt l-awspiċi tal-Kummissjoni għas-servizz pubbliku li fiha hemm żewġ membri tal-gvern u tnejn tal-oppożizzjoni u Chairman li jgawdi l-fiduċja taż-żewġ naħat.

Qal li wara dan il-proċess, isir skrutinju minn kumitat parlamentari bid-domandi meħtieġa jsiru
hemmhekk.

Il-Prim Ministru Abela qal illi x-xewqa tal-Gvern hija li quddiem il-kumitat parlamentari jkun hemm kandidat li jgawdi l-fiduċja ta’ kulħadd. Il-Gvern mhux se jimbotta lil xi ħadd li jservi ta’ paraventu. Jemmen f’Kummissarju li jkun l-aħjar persuna li jitħalla jaqdi d-dimirijiet tiegħu b’mod sħiħ u indipendenti. Qal li għall-ewwel darba tneħħiet id-diskrezzjoni li din il-ħatra ssir b’mod unilaterali. Qal li ż-żewġ naħat għandhom jagħtu fiduċja lil din il-persuna bil-vot tagħhom.
Appella biex kien japplika għal din il-kariga jħoss li huwa kapaċi u lest jerfa’ l-piż. Se jkollu nuqqas ta’ ndħil assolut mill-gvern u se jitħalla jwettaq dmiru u mogħti r-riżorsi meħtieġa. Min jidħol irid iwettaq xogħlu u ma jħares lejn wiċċ ħadd u jwettaq il-kariga b’mod skrupluż.

Qal li l-korp tal-Pulizija għamel ħafna xogħol iżda l-pass li jmiss li fil-kariga ewlenija jkun hemm persuna li tirrappreżenta s-serjetà u d-dixxiplina u r-rispett li tiksibhom bil-mod kif taġixxi u r-riżultati li ġġib fl-interess tal-ġustizzja.

Il-Prim Ministru wiegħed serjetà u mhux se jkun hemm logħob fil-proċess iżda li jinħatar min hu l-aħjar għal din il-kariga. Qal li taħt Kummissarju ġdid tal-Pulizija jistenna li ssir riforma fil-Korp, isiru aktar prosekuzzjonijiet fejn hemm lok għal dan u aktar investigazzjonijiet bir-reqqa.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Il-Coronavirus qed jolqot sew l-Amerka Ċentrali li saret l-epiċentru tal-pandemija. Fi Gwatemala, żewġ saċerdoti missjunarji Għawdxin qalu li fl-aħħar ġimgħat, il-faqar kompla jgħolli rasu b’saħanisitra familji qed itajru bandiera bajda…

COVID-19

Sidien ta’ ristoranti li fetħu fi tmiem il-ġimgħa wara aktar minn xahrejn magħluqa qalu lil TVM li minkejja li kien bidu kwiet, iħossuhom pożittivi għaliex il-klijenti qed juru sinjali ta’…

COVID-19

Għalkemm il-virus Covid 19 għadu mhux megħlub għalkollox u l-vaċċin kontrih jista’ jieħu bosta xhur oħra sakemm jiġi żviluppat u tibda l-produzzjoni tiegħu, bosta pajjiżi reġgħu bdew ibexxqu l-bieb tas-sistema…

Aktar