Reliġjon
Jgħid li r-reliġjon Kattolika għandha tibqa’ parti mill-Kostituzzjoni

Lejlet it-tmiem tal-proċess ta’ konsultazzjoni pubblika dwar ir-riforma kostituzzjonali, l-Arċisqof Monsinjur Charles J. Scicluna indika ma’ Television Malta li r-reliġjon Kattolika għandha tibqa’ parti mill-Kostituzzjoni ta’ Malta

Huwa stqarr dan waqt li nieda ktieb mill-pinna tiegħu dwar kif ir-reliġjon Kattolika daħlet fl-ewwel Kostituzzjoni ta’ gvern responsabbli f’Malta kważi 100 sena ilu. L-Arċisqof Scicluna qal li tkun xi tkun id-deċiżjoni, persważ li l-Kostituzzjoni se tibqa’ tassigura l-libertà reliġjuża.

Fit-tnedija ta’ ktieb tiegħu ‘Religion and the 1921 Malta Constitution’, l-Arċisqof Scicluna stqarr li l-istorja m’għandhiex tingħata l-ġenb.

“Il-Kostituzzjoni tiddikjara fatt li hu fatt storiku wkoll u l-istorja ma tistax terġa’ tivvintaha. Jekk xejn, tista’ tħares lejn il-futur u l-futur jista’ jkun esperjenza differenti. Jien iżjed milli mħasseb, l-appell li nagħmel hu li qabel niddeċiedu nistudjaw u d-deċiżjoni tagħna nagħmluha b’għajnejn miftuħa. Jien ukoll nanalizza li s-sitwazzjoni preżenti nbidlet imma ma nistgħux inħassru l-patrimonju kollu li ġbarna f’dawn l-elfejn sena,” qal l-Arċisqof Scicluna.

L-Arċisqof Scicluna qal li l-Knisja tirrispetta kull deċiżjoni li se tittieħed fil-proċess ta’ konsultazzjoni li għandu jwassal għal Kostituzzjoni ġdida.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi ħatar inkjesta skont il-liġi bil-għan li tistabilixxi l-fatti b’rabta ma’ każ fejn priġunier li ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest, kien rilaxxat mill-ħabs u deher…

Lokali

Il-Maltapost qalet li l-ħidma tagħha għadha ma ġietx lura għan-normal riżultat fost l-oħrajn ta’ tnaqqis b’aktar min-nofs fit-titjirjiet kummerċjali, iż-żieda fix-xiri online u l-akkumulazzjoni ta’ posta f’tliet pajjiżi Ewropej. Il-Maltapost…

COVID-19

Tħassar ukoll il-kunċert ta’ Joseph Calleja li din is-sena kellu jsir fl-4 ta’ Settembru fuq il-Fosos tal-Furjana u li issa mistenni jsir f’format differenti. NnG Promotions, l-organizzaturi tal-kunċert li bħala…

Annimali

Ilbieraħ, il-BirdLife Malta ġabret għasfur pjuttost rari li huwa sottospeċi Mediterranja tal-Bies, li nstab ferut b’tiri ta’ senter fl-Għarb, Għawdex. Fi stqarrija, il-BirdLife qalet li l-għasfur instab minn familja li…

Aktar