COVID-19
L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Mediċina fis-Saħħa Pubblika appellat biex il-pubbliku ma jipparteċipax f’attivitajiet tal-massa

Wara li fl-aħħar 24 siegħa saru 1,353 swab test, il-Ministeru tas-Saħħa kkonferma 7 każijiet ġodda ta’ Covid-19 f’Malta. B’hekk il-każijiet attivi ta’ coronavirus f’pajjiżna issa telgħu għal 34 bit-total ta’ mfejqa jibqa’ 665. Is-7 każijiet tal-lum huma kollha każijiet li wrew is-sintomi tal-marda, 2 minnhom huma impurtati waqt li wieħed minnhom jifforma parti mill-cluster irrapportat il-ġimgħa li għaddiet.

Fid-dawl ta’ dan, l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Mediċina fis-Saħħa Pubblika appellat biex il-pubbliku ma jipparteċipax f’attivitajiet bħal festi, parties jew attivitajiet oħra tal-massa meqjusa mhux essenzjali minħabba r-riskju li l-infezzjonijiet ikomplu jiżdiedu. Il-Kamra tal-Ispiżjara espremiet l-istess fehma u appellat lill-Gvern biex jirrikonsidra l-pożizzjoni tiegħu fuq avvenimenti tal-massa, speċjalment dawk fejn huwa diffiċli li tinżamm id-distanza soċjali, tintlibes il-maskra u jkun hemm sanitazzjoni frekwenti.

Intant, b’reazzjoni għall-għajtiet ta’ projbizzjoni l-Assoċjazzjoni Maltija għall-Arti u d-Divertiment, ipproponiet numri ta’ miżuri bl-għan li jintlaħaq bilanċ. Fost oħrajn irrakkomandat li li l-kapaċità massima tal-udjenza tkun stabbilita skont il-proporzjon applikat tad-daqs tal-post, li l-istaff li huma f’kuntatt dirett mal-parteċipanti kollha jilbsu l-maskri u li jintbagħat tim jew persuna ta’ fiduċja mid-Dipartiment tas-Saħħa biex jissorvelja l-avvenimenti.

 

Aħbarijiet Oħra

Raġel Franċiż ta’ 23 sena li joqgħod is-Swieqi weġġa’ serjament wara li fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu waqa’ f’San Ġiljan. Il-Pulizija kienet infurmata bl-inċident fi Triq Santu Wistin għall-ħabta tal-4.00am. Il-Pulizija tad-Distrett…

Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili għandu vettura ġdida biex tagħmilha iktar possibbli biex jiġu salvati nies jekk jinqala’ xi inċident f’bini għoli. Il-vettura nxtrat mill-Awtorità tal-Ippjanar hekk kif fl-aħħar snin żdiedu l-binjiet…

Mart il-President ta’ Malta, is-sinjura Miriam Vella qalet li tifhem eżatt il-bżonn ta’ iktar għarfien fuq il-kanċer tas-sider għax tilfet lill-ommha b’dan il-kanċer. Is-sinjura Vella din is-sena hija l-Patruna tal-kampanja…

Aktar