Lokali
Jgħid li sar progress fl-oqsma identifikati mill-Presidenza Awstrijaka tal-KE

Waslet fi tmiemha l-Presidenza Awstrijaka tal-Kunsill Ewropew, bl-Ambaxxatur Awstrijakk għal Malta, Andreas Stadler, jgħid li fit-tliet oqsma li l-Presidenza Awstrijaka kienet identifikat bħala l-miri tagħha għall-presidenza ġie reġistrat progress. Semma fost dawn l-oqsma hemm is-sigurtà u l-immigrazzjoni.

Bit-titlu Ewropa li tipproteġi, mill-ewwel ta’ Lulju li għadda, l-Awstrija ħadet f’idejha l-Presidenza tal-Kunsill Ewropew li tasal fi tmiemha fl-aħħar ta’ dan ix-xahar. Din hi t-tielet darba li l-Awstrija mexxiet il-Presidenza tal-Kunsill Ewropew, bid-darbtejn l-oħra kienu fl-1998 u l-2006. F’intervista lil TVM, l-Ambaxxatur Awstrijakk għal Malta, Andreas Stadler, qal li l-Awstrija kienet identifikat l-oqsma tas-sigurtà u l-ġlieda kontra l-immigrazzjoni, l-ekonomija diġitali, u l-istabbiltà tar-releazzjoni tal-Unjoni Ewropea mas-Serbja, il-Kosovo, Bosnia Herzegovina, il-Montenegro, l-Albanija u l-Macedonia bħala prijoritajiet tagħha.

Mistoqsi jekk jaħsibx li kien hemm żviluppi notevoli fuq l-immigrazzjoni matul il-Presidenza Awstrijaka, l-Ambaxxatur Stadler qal li l-laqgħa tal-Kunsill Ewropew li saret f’Ottubru f’Salzburg għenet biex tonqos l-immigrazzjoni,

L-Ambaxxatur Awstrijakk għal Malta, Stradler qal ”so we are starting to manage the challenge and we are getting from a phase of basically unadministered or chaotic migration, to a phase where we can actually organise migration which is important for our external and internal security.”

L-Ambaxxatur Andreas Stadler qal li fi tliet snin l-Awstrija ħadet iżjed minn 200,000 immigrant u sostna li hu għalhekk li jrid isir iżjed sforz mill-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea biex l-immigrazzjoni tkun ikkontrollata.

”We need to make sure that all the member states collaborate in securing the borders, so we do this together, and we need to work on a common European asylum policy which will define very clearly who is entitled to get asylum in Europe” kompla jgħid l-Ambaxxatur.

Dwar l-ekonomija diġitali, l-Ambaxxatur Awstrijakk għal Malta qal li din tinteressa ħafna lil Malta minħabba li sostna li Malta għamlet passi ‘l quddiem biex issa qed titqies bħala blockchain island.

Matul is-sena d-dieħla se jkunu r-Rumanija u l-Finlandja li se jkollhom f’idejhom il-Presidenza tal-Kunsill Ewropew.

Aħbarijiet Oħra
Stejjer Umani

F’aktar minn ħamsin sena, l-Għaqda Alkoħoliċi Anonimi għenet mijiet ta’ persuni bi problema ta’ xorb żejjed, u ħafna drabi anke lill-qraba tagħhom permezz tal-AL-ANON. TVM tkellem ma’ raġel li 27…

Infrastruttura

Għaddejin l-aħħar tħejjijiet għat-tlestija ta’ Triq Ħal Luqa, li hija l-arterja ewlenija bejn Santa Luċija u Ħal Luqa. Bejn it-Tlieta filgħodu u l-Erbgħa waranofsinhar, it-triq se tingħalaq f’direzzjoni waħda sakemm…

Trasport

Matul l-aħħar snin, Transport Malta flimkien mal-Ministeru tat-Trasport nedew diversi skemi fuq ix-xiri ta’ mezzi tat-trasport biex jonqos it-tniġġis tal-arja. Tnejn mill-iskemi li qed jagħtu riżultati huma għax-xiri tal-karozzi elettriċi…

Annimali

Uffiċjali u membri tal-FKNK żaru l-Iskola Primarja ta’ Ħ’Attard fejn indirizzaw it-tfal li bħalissa qed jattendu Skola Sajf. Il-membri kellhom magħhom Kelb tal-Kaċċa ta’ Malta u Kelb tal-Fenek, bit-tfal li…

Aktar