Politika
Il-Kap tal-PN jgħid li għandhom isiru l-proċesssi tal-verifiki fuq kull min juri interess li jikkontesta fl-elezzjoni għall-Kap tal-Partit inkluż fuqu stess

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal fi stqarrija li waqt laqgħa tal-Kunsill Amministrattiv tal-Partit Nazzjonalista li saret it-Tlieta filgħaxija, talab biex jitħaddem bl-iktar mod rigoruż l-istatut il-ġdid tal-Partit għall-elezzjoni tal-Kap tal-Partit.

Dr Delia qal li waqt il-laqgħa insista li mhux biss għandhom ikunu infurzati r-regoli dwar il-proċesssi tal-verifiki u due diligence fuq kull min juri interess li jikkontesta fl-elezzjoni għall-Kap tal-Partit inkluż fuqu nnifsu.
Iktar tard, f’laqgħa tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista ġew approvati r-regolamenti għall-elezzjoni ta’ Kap tal-Partit li tressqu mill-Kummissjoni Elettorali tal-PN immexxija mill-Avukat Peter Fenech.
Fi stqarrija separata maħruġa mill-Partit Nazzjonalista, intqal li l-membri tal-Eżekuttiv approvaw it-termini li fuqhom għandu jsir l-eżerċizzju ta’ verifika u ta’ due diligence fuq il-kandidati li se juru interess fl-elezzjoni għall-Kap tal-Partit.
Il-Partit Nazzjonalista beda jilqa’ ismijiet ta’ dawk li huma interessati jikkontestaw għall-kariga ta’ Kap tal-Partit, b’dawk interessati għandhom ċans li jissottomettu isimhom sat-Tnejn li ġej.  Skont l-Istatut tal-PN, il-Kummissjoni Kandidati tal-Partit għandha sa massimu ta’ 6 ġimgħat biex isir dan l-eżerċizzju.
Aħbarijiet Oħra

Għall-ħabta tad-9pm ġie rilaxxat mill-arrest Keith Schembri, l-eks Chief of Staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, wara li kien arrestat mill-Pulizija għall-ħabta ta’ nofsillejl. Huwa ħareġ mill-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fil-Floriana, akkumpanjat mill-avukati…

Qed joqrob il-jum li fih mistennija jiftħu l-bibien tagħhom l-iskejjel għas-sena skolastika ġdida, Television Malta żar uħud mit-tħejjijiet li qed isiru f’xi skejjel tal-Gvern u tal-Knisja biex jassiguraw il-prekawzjonijiet kollha…

Il-Partit Nazzjonalista qal li hija ħaġa tal-iskantament kif fl-aħħar jiem il-Kummissarju tal-Pulizija bi ftehim mal-Ministru għall-Intern, Byron Camilleri ħabbar li l-kariga ta’ Kap Eżekuttiv tal-Korp tal-Pulizija se tispiċċa u dan…

Fid-Dar tal-Anzjani San Ġużepp il-Fgura bħalissa hemm ftit iżjed minn 100 anzjan li għandhom il-Coronavirus. 15 minnhom irriżultaw ilbieraħ. Il-Clinical Chair tal-Ġerjatrija, Dr Brian Farrugia, qal lil TVM li s-sitwazzjoni…

Aktar