Qorti
Jgħidu li d-drittijiet fundamentali tagħhom inkisru

L-aħwa George u Alfred Degiorgio resqu rikors kostituzzjonali li fih qalu li d-dritt tagħhom ta’ smigħ xieraq ġie preġudikat mir-rapport tal-Kunsill tal-Ewropa li implika li huma wettqu l-qtil ta’ Caruana Galizia bi struzzjoni ta’ ħaddiehor.

Huma qalu li r-rapport ta’ Peter Omtzigt jikser id-drittijiet fundamentali tagħhom. L-aħwa Degiorgio, li flimkien ma’ Vince Muscat jinsabu mixlija li wettqu l-qtil, sostnew li r-rapport tal-Kunsill tal-Ewropa jimplika li huma ħatja tad-delitt.

Huma talbu lill-Qorti li tiddikjara li kien hemm ksur tad-drittijiet tagħhom u talbu wkoll kumpens għal dan.

Ara wkoll:

Il-Gvern jaf jaħtar inkjesta pubblika dwar il-qtil ta’ DCG fit-3 xhur li ġejjin

Aħbarijiet Oħra
Annimali

Ikel li tpoġġa fuq ċint biex jittiekel mill-qtates, spiċċa minflok jittiekel mill-firien. Filmat li ttieħed illum viċin il-venda ta’ Marsaskala minn resident juri qtates żgħar iħarsu lejn l-ikel b’nuqqas ta’…

Kultura

L-Aġenzija Kulturali għall-Belt ħabbret programm ta’ attivitajiet mużikali għall-kapitali, li jinkludi kunċerti fl-apert u proġett bis-sehem ta’ mużiċisti żgħażagħ. L-istil mużikali se jvarja minn attività għal oħra, minn rock sa…

Kronaka

Uffiċjal tas-sigurtà sofra xi ġrieħi waqt attentat ta’ serqa minn ħanut f’Birkirkara. Il-każ seħħ għall-ħabta tal-5.10pm fil-ħanut tal-Eurosport fi Triq Salvu Psaila. Huwa mifhum li l-uffiċjal tas-sigurtà, raġel ta’ 46…

Qorti

Żagħżugħ inżamm arrestat wara li kien akkużat b’moħqrija tal-annimali. Il-Qorti semgħet kif nhar il-Ħadd li għadda l-Pulizija ssejħu fuq rapport ta’ mara li qalet li binha qed ikun aggressiv. Meta…

Aktar