Barranin
Jgħidu li l-ġurnalist Kashoggi nqatel fil-Konsolat u tqatta’ b’serrieq

Is-servizzi tas-sigurtà tat-Turkija qed isostnu li l-ġurnalist tal-Arabja Sawdija, Jamal Kashoggi, nqatel fil-Konsolat ta’ pajjiżu fit-Turkija, u li ġie mqatta’ biċċiet b’serrieq.

Il-midja barranija qed tikkwota sorsi Torok li investigaw l-għejbien ta’ Kashoggi l-ġimgħa li għaddiet. Minn filmati tas-sigurtà (ritratt) Kashoggi deher dieħel fil-Konsolat, iżda s’issa ma jidher li hemm l-ebda filmati tiegħu ħiereġ ‘il barra.

Is-sorsi Torok qed jgħidu wkoll li l-qtil ta’ Kashoggi kien ordnat mill-familja rjali tal-Arabja Sawdija, hekk kif operazzjoni bħal din kellha bżonn ta’ mandant fl-ogħla karigi tat-tmexxija.

Dakinhar li Kashoggi għeb, 15-il uffiċjal tas-servizzi sigrieti tas-Sawdi marru t-Turkija u reġgħu telqu b’titjira ftit sigħat wara. Fosthom kien hemm wieħed li huwa espert tal-awtopsja, u li huwa ssuspettat li kien involut fit-tqattigħ tal-katavru.

L-ogħla awtoritajiet tal-Arabja Sawdija qed jiċħdu li ordnaw il-qtil ta’ Kashoggi, u sostnew li dan kien ħareġ mill-konsolat qawwi u sħiħ.

Ara wkoll:

Jikber it-tħassib dwar id-destin ta’ ġurnalist li għeb

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-kantanta Katy Perry u l-attur Orlando Bloom jidher li tgħarrsu f’Jum San Valentinu.  Fuq is-siti soċjali, Perry tellgħat ritratt tagħha ma’ Bloom b’ċurkett f’subgħajha u fl-isfont ta’ ħafna bżieżaq ħomor…

Barranin

In-Nunzju Appostoliku għal Franza Monsinjur Luigi Ventura qed jiġi investigat mill-Pulizija Franċiża dwar każ ta’ fastidju sesswali.  Monsinjur Ventura għandu 74 sena u ilu f’din il-kariga mill-2009. Skont il-ġurnal Franċiż…

Kurżitajiet

Din hija mistoqsija li ssir lil ħafna speċjalisti tal-ġilda.  Saru diversi studji b’uħud jgħidu li veru u oħrajn juru li m’hemmx relazzjoni bejn iċ-ċikkulata u l-ponot. Ikel rikk fil-karboidrati u…

Barranin

L-FBI ippubblikat diversi tpenġijiet li saru minn qattiel ta’ 93 mara bejn l-1970 u l-2005 bit-tama li tidentifika min huma l-vittmi.  S’issa ġew identifikati biss 36 mit-93 vittma. Is-serial killer,…

Aktar