Barranin
Jgħidu li qalgħu xebgħa f’Londra għax irrifjutaw li jitbewsu

Koppja lesbjana qed tallega li qalgħet xebgħa minn grupp ta’ ġuvintur fuq xarabank f’Londra wara li rrifjutat li titbewwes.

Melania Geymonat ta’ 28 sena qalet li kienet mal-għarusa tagħha fuq xarabank lejn Camden Town, meta madwar erba’ ġuvintur bdew jagħtuhom fastidju.

Geymonat qalet li bdew jordnawlhom biex jitbewsu, u bdew anki jwaddbu l-muniti u jagħmlu mossi oxxeni.

Minkejja li għall-ewwel ppruvaw jeħduha b’ċajta, il-grupp baqa’ mqabbad magħhom, sakemm f’ħin bla waqt ġew fl-idejn.

It-tnejn li huma spiċċaw b’wiċċhom imdemmi u kellhom jittieħdu l-isptar. Qabel ħarbu minn fuq il-post il-ġuvintur serqulhom ukoll basket u mobile.

Is-sindku ta’ Londra Sadiq Khan qal li l-attakk kien wieħed diżgustanti u misoġinista, u li l-Pulizija qed tinvestiga l-każ.

Aħbarijiet Oħra

Il-President Amerikan Donald Trump ma kkommettix ruħu li jekk fl-elezzjoni ta’ Novembru jitlef, jitlaq il-poter minn idu bil-kelma t-tajba. Waqt konferenza tal-aħbarijiet fil-White House, Trump qal li rridu naraw x’se…

Żewġ uffiċjali tal-pulizija qed isofru minn ġrieħi ta’ arma tan-nar hekk kif eluf ta’ nies niżlu jipprotestaw fil-belt Amerikana ta’ Louisville u sparaw fuqhom. Il-protesti saru hekk kif il-ġuri ewlieni…

Il-vapur Alan Kurdi b’133 immigrant abbord biddel ir-rotta tiegħu u beda jbaħħar lejn il-port ta’ Marsilja fi Franza. L-immigranti ġew salvati s-Sibt li għadda u l-vapur talab l-għajnuna taċ-ċentri ta’…

Alexei Navalny, il-mexxej tal-Oppożizzjoni fir-Russja u kritiku tal-President Russu Vladimir Putin, ġie rilaxxat mill-isptar f’Berlin fejn kien qed jingħata l-kura wara li kien ġie avvelenat. L-isptar Charité qal li temm il-kura…

Aktar