Protezzjoni Ċivili
Jgħidu tagħhom dwar il-karriera li sal-lum kienet iddominata mill-irġiel

Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili għandu l-ewwel tliet nisa. Wara taħriġ ta’ 18-il ġimgħa, it-tliet tfajliet qed jaqdu doveri tagħhom f’taqsimiet differenti tal-Protezzjoni Ċivili. F’intervista ma’ TVM tkellmu dwar din l-epserjenza ġdida tagħhom u għaliex qabdu karriera li sal-lum kienet iddominat mill-irġiel.

Mandy Briguglio, Leanne Newell, u Dorothy Sammut, huma l-ewwel tliet nisa li ngħaqdu mad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili bħala pumpiera. Bdew jaħdmu full time mal-protezzjoni ċivili fl-aħħar ġranet wara taħriġ li dam sejjer 18-il ġimgħa.

Iltqajna ma’ Mandy, Leanne u Dorothy fl-istazzjon tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili f’Kordin. It-tlieta li huma qalulna li x-xewqa li jaħdmu bħala pumpiera nibtet fihom minn eta’ ċkejkna, għalkemm kollha semmew raġunijiet differenti.

”Mindu kont żgħira kien jogħġobni dan ix-xogħol. Minn dejjem xtaqt li ngħin lil min għandu bżonn l-għajnuna.”

”Għandi d-daddy ġa qiegħed fis-CPD. Minn żgħira dejjem niġri miegħu fl-istations, fire engines, Fireman Sam. Kont inħobb ħafna Fireman Sam. Kif kbirt ġietni l-opportunita’ li nidħol bħala voluntiera fid-Dipartiment, applikajt u bdejt naħdem bħala voluntiera magħhom, once li fetħu l-applications għal full time komplejt il-ħajra u xtaqt li nkun fil-post permanenti.”

”Minn dejjem kienet ix-xewqa tiegħi, dejjem xtaqt. Is-sena l-oħra għamilt kors l-MCAST biex inkun nista’ nkompli u nidħol iktar fis-CPD u dis-sena rnexxieli nidħol. Meta kont żgħira kont nieħu gost nara l-cartoons tagħhom u mbagħad meta bdejt nikber bdejt nara ċertu series, ċertu films li huma bbażati fuq dawn l-affarijiet u iktar kont ngħid din hija l-ħolma tiegħi.”

Għalkemm ilhom biss ftit ġranet fis-servizz ta’ emergenza diġà kellhom esperjenzi ta’ tifi tan-nar u salvataġġ.

”Jien kelli biċċa fejn kelli nagħmel rescue fuq annimal.”

”Kelli esperjenzi ta’ karozzi jaqbdu, ħanut, jiġifieri ħriġt fuq biċċiet tax-xogħol waqt li kont fl-istazzjonijiet. Ovvjament huwa xogħol ta’ sodisfazzjon għax meta n-nies qed jiġru ‘l barra mill-periklu, inti dieħla ġo fih, qed tgħin lin-nies u tista’ ssalva ħajja ta’ bniedem jew annimal.”

”L-ewwel esperjenza tiegħi kien hemm sufan qed jaqbad ġo dar. Dak li tħarriġt għalih sibtu bħala prattika u allura hemmhekk bdejt nara eżatt x’inhu x-xogħol.”

Mistoqsija fuq il-fatt li daħlu jaħdmu f’ambjent iddominat mill-iġiel, it-tliet pumpiera nisa qalu li jħossu li issa ġew aċċettati mill-pumpiera l-oħra u li qed jaħdmu flimkien bħala team.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-gvern ħabbar il-ftuħ tal-istaġun tal-insib tal-ħarifa għal żewġ speċi: il-pluviera u l-malvizz. Fi stqarrija tas-Segretarjat Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali ntqal li wara li evalwa r-rakkomandazzjonijiet tal-kumitat Ornis, l-istaġun…

Sport

Fit-tielet logħba tagħhom fil-Kampjonat tal-Amateurs, it-tim ta’ Syria Gżira FC kiseb l-ewwel rebħa bl-iskor ta’ 3-1 kontra Fleur De Lys FC. Il-player Lucky Chizobor skurja żewġ gowls filwaqt li Julius…

Saħħa

Ilbieraħ filgħaxija għadd ta’ nies nġabru quddiem iċ-Ċentru Esplora fil-Kalkara għal mixja simbolika bħala parti mix-xahar iddedikat għall-għarfien dwar il-kanċer tas-sider, magħruf bħala Pink October. Din is-sena n-nisa u l-irġiel…

Lokali

L-invażjoni Torka fit-Tramuntana tas-Sirja ġiet ikkundannata mill-komunità Kurda f’Malta li bl-appoġġ tal-Moviment Graffitti organizzaw manifestazzjoni paċifika quddiem l-Ambaxxata Torka fil-Floriana. Huma kkundannaw dak li sejħu bħala assalt brutali u mingħajr…

Aktar