Stejjer Umani
Jgħin tfal b’imġieba diffiċli billi jemmen fihom u jħobbhom

F’Dar Frate Jacoba f’Marsaskala, sibna żewġt itfal qed jiġu mgħallma s-sengħa tar-raħħala, b’nagħġa għadha twelled u qed tisqi lill-frieħ tagħha. Fr Ray Scicluna li ilu jmexxi d-dar qalilna li t-tmint itfal li joqgħodu fid-dar, fl-eta’ ta’ bejn għaxar snin u sbatax-il sena ituhom tagħlim prattiku f’ambjenti liberi, bħal ġonna u egħlieqi, mdawrra bl-annimali.

Fr Ray spjegalna li t-tfal residenti jieħdu ħsieb fost ohrajn il-kċina bl-għajnuna tal-għalliema. Kunċett uniku f’din id-dar hu li minbarra l-ħaddiema fuq bażi full time, hemm ukoll tlett persuni lajċi li flimkien mal-Patri li jgħixu fid-dar biex jassistu lit-tfal erbgħa u għoxrin siegħa kuljum.

Waħda minnhom hija Nadia Caruana.

“Hawnhekk qisna familja, fl-istess ħin peress li skola wkoll ngħallmuhom affarijiet li se jużaw fil-ħajja.”

Fr Ray qal li t-tfal jiġu għandhom minn istituti, jew minn ambjenti diffiċli ħafna.

“Dawn it-tfal kważi kollha mkeċċijin mill-iskejjel u ridna naraw kif se nsolvu problema edukattiva, meta naraw li tfal għandhom bżonn dak li l-programm ma joffrix, naraf kif naqduhom xorta waħda.”

It-tfal jiġu mgħallma suġġetti varji, fosthom il-biedja, b’tifel jieħu ħsieb li jkabbar diversi ħxejjex li mbagħad jużawhom għall-ikel, u anki snajja’ bħal dik ta’ mastrudaxxa, welding u inġinerija. Darba fis-sena it-tfal jitilgħu għal xahar kull wieħed f’dar tal-fondazzjoni Youth Alive fi Sqallija, fejn qalb il-muntanji ikomplu bil-programm edukattiv tagħhom.

Fr Ray stqarr li l-gost tiegħu hu li jara tfal joħorġu mid-dar mingħajr il-ħtieġa ta’ mediċini, u jirnexxielhom isibu xogħol għal qalbhom.

“Jekk se taqta’ qalbek it-tfal rebħuk u tilfu huma..iħarsu lejn is-suċċess li jfisser mhux tħares lejn dak li inti imma dak li tista’ tkun.”

Fr Ray qal li l-isbaħ ingredjent li hemm fid-dar huwa l-ispirtu Franġiskan bi qrubija man-natura u l-imħabba.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Raġel ta’ 34 sena, li joqgħod il-Fgura, weġġa’ gravi waqt li kien qed isuq ir-rota. Mill-ewwel investigazzjonijiet tal-pulizija jirriżulta li ċ-ċiklist kellu mpatt ma’ bollard u ġarrab xi ġrieħi. Huwa…

Kronaka

Żagħżugħ ta’ 19-il sena minn Ħal Tarxien ġie arrestat il-lejl li għadda dwar serqa minn lukanda f’San Pawl il-Baħar. Il-Pulizija qalet li għall-ħabta tal-11:30 p.m. irċeviet rapport minn ħaddiema ta’…

Politika

B’reazzjoni għall-istqarrija tad-deputati Nazzjonalisti li rrefera għalihom bħala li sal-lum mhux magħrufa, il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li s-sottomissjonijiet legali diġà saru minnu stess mal-President ta’ Malta…

Aktar