Qorti
Jhedded lil bintu b’messaġġi fuq il-mobile

Mohamed Nour Abdalla Aswid, Sirjan li joqgħod Ħal Qormi, inżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti akkużat li hedded lil bintu b’ messaġġi fuq il-mobile.

Fil-Qorti, l-Ispettur Trevor Micallef qal li din mhix l-ewwel darba li hedded lil bintu.

Huwa wieġeb mhux ħati tal-akkużi migjuba kontrih.