Qorti
Jhedded lil ommu fl-għassa tal-Pulizija

Ġuvni ta’ sbatax-il sena se jibqa’ jinżamm fis-sezzjoni tal-adolexxenti tal-ħabs wara li hedded u insulta lil ommu.

L-ispettur Oriana Spiteri arrestat liż-żagħżugħ, li ismu ma jistax jixxandar fuq ordni tal-qorti mill-maġistrat Astrid May Grima.

L-akkużat ken mixli li insulta lil ommu u heddidha verbalment li se jħabbatha mar-Redentur waqt li kien l-għassa tal-pulizija. Kien akkużat ukoll li hedded lil uffiċjali tal-puliżija li intervjenew biex iwaqqfuh.

Iż-żagħugħ wieġeb li mhux ħati għall-akkużi. L-avukat li pprovda l-għajnuna legali liż-żagħżugħ, Martin Fenech, qal li t-theddid sar fis-saħna tal-argument u li l-argument bejniethom eskala sproporzjoalment meta kienu l-għassa. Qal li l-omm kienet lesta li tilqgħu f’darha u li ż-żagħżugħ ma attakkax l-ommu fiżikament.

L-ispettur Spiteri oġġezzjonat għal-libertà proviżjorja minħabba li l-akkużat kiser il-kundizzjonijiet dwar l-akkużi ta’ vjolenza domestika u għad iridu jixhdu terzi persuni. Il-qorti ċaħdet it-talba għall-liberta ‘ proviżjorja u bagħtet liż-żagħżugħ il-ħabs sakemm jinstemgħu ix-xhieda.

Aħbarijiet Oħra
Ippjanar u bini

Applikazzjoni kontroversjali għal żvilupp fuq sit ta’ villa storika tas-seklu tmintax fiż-Żejtun, ġiet irtirata mill-iżviluppatur. L-applikazzjoni kienet qed titlob li l-Awtorità tal-Ippjanar tibdel iż-żona fejn tinsab Villa Bonici minn waħda…

Lokali

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia, saħaq li l-Istat Malti għandu jagħmel użu mill-mezzi u l-proċeduri kollha għad-dispożizzjoni tiegħu skont il-liġi, inkluż dawk ta’ natura eċċezzjonali biex jinqabad min ordna, iffinanzja, u…

Lokali

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li ffirma ittra li permezz tagħha kkommetta ruħu li jirrakkomanda maħfra Presidenzjali ġaladarba suspettat li kien involuta fil-komplott tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, jikxef dak…

Kronaka

Il-Pulizija qed tinvestiga s-sejba ta’ kadavru ta’ mara li ttella’ mill-Bajja tal-Balluta. Kien għall-ħabta tas-7:10 ta’ dalgħodu meta l-Pulizija ġiet infurmata li ntlemħet persuna bla ħajja f’wiċċ il-baħar f’din il-bajja….

Aktar