Qorti
Jhedded lil ommu u lil oħtu wara li waqa’ xi ikel fl-art

Żagħżugħ ta’ 28 sena mil-Latvja li joqgħod Marsascala nżamm arrestat wara li hedded lil ommu u lil oħtu f’argument li beda dwar ikel li waqa’ fl-art.

Iż-żagħżugħ tressaq quddiem il-Maġistrat Doreen Clarke, bl-ispettur Oriana Spiteri tgħid li dan ma kienx l-ewwel każ ta’ vjolenza domestika dwar l-akkużat, wara li drabi oħra kien hedded lil ommu u lil oħtu b’imqass.

L-akkużat ċaħad l-akkużi bil-Qorti tordna li jinżamm arrestat u li jitqiegħed fit-taqsima forensika.