Barranin
Jhedded lill-Kanada bi gwerra jekk ma jiħdux lura l-iskart li bagħtu l-Filippini

Il-President tal-Filippini Rodrigo Duterte hedded lill-gvern Kanadiż bi gwerra jekk ma jiħux lura l-iskart li bagħtu fil-pajjiż.

Mal-2,450 tunnellata skart intbagħtet lejn il-Filippini fl-2013 u l-2014 iżda meta sarulha l-ispezzjonijiet, instab li l-iskart mibgħut ma kienx plastik riċiklabbli kif kien il-ftehim oriġinali.

It-tunnellati ta’ skart ġew iddikjarati illegali b’Duterte jhedded li l-iskart Kanadiż se jirritorna lura d-dar bih personalment iwassal il-konsenja.

Il-President qal li ma jistax jifhem għalfejn pajjiżi aktar żviluppati qegħdin jippruvaw jeqirdu lill-Filippini u jġibuha miżbla.

Is-sena l-oħra, iċ-Ċina rrifjutat li tieħu skart ta’ pajjiżi oħrajn b’direttiva biex tibża’ għall-ambjent.

Il-Prim Ministru Kanadiż, Justin Trudeau qal li qed jaħem qatigħ biex tinstab soluzzjoni.

 

 

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-preżenza tal-mikroplastiċi fl-ilma li nixorbu ftit li xejn hija ta’ detriment għall-bniedem. Dan qalitu l-World Health Organisation (WHO) f’rapport li jassigura li dan ma jikkawżax ħsara lis-saħħa tal-bniedem. Skont ir-rapport,…

Barranin

Fil-Brażil, tkompli tisħon il-qiegħa bejn il-President Jair Bolsonaro u l-għaqdiet ambjentali. Dan wara li statistika tal-aġenzija spazjali turi li din is-sena, l-ikbar pulmun fid-dinja . . . l-Amażonja . ….

Barranin

F’Madrid, raġel spiċċa arrestat fuq akkużi li nemmes taħt id-dbielet ta’ aktar minn 550 mara u li ġibdilhom filmati biex tefagħhom onlajn. Ir-raġel huwa Kolumbjan ta’ 53 sena u qed…

Barranin

L-Ispeaker ta’ New Zealand ħa inkarigu mhux tas-soltu meta spiċċa jisqi tarbija waqt xogħol tal-Kamra. L-Ispeaker Trevor Mallard ħa f’dirgħajħ it-tarbija tad-deputat Parlamentari Tamati Coffey, li ħabbar it-twelid ta’ ibnu…

Aktar