Qasam soċjali
Jibbenefikaw mal-1,250 familja minn xogħlijiet ta’ manutenzjoni f’appartamenti tal-Gvern

Il-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali Roderick Galdes qal li mill-2017 l-Awtorità tad-Djar ħadmet fuq programm ta’ riġenerazzjoni intensiv fejn saru xogħlijiet ta’ manutenzjoni u tiswija fuq il-bjut, partijiet komuni u faċċati ta’ blokok residenzjali tal-Gvern f’diversi lokalitajiet fosthom Santa Luċija, il-Mellieħa, Pembroke, Ħamrun u San Ġwann.

Fi tweġiba parlamentari għall-mistoqsija tad-deputat Ivan Bartolo, il-Ministru Galdes qal li mill-proġetti ta’ rinnovar li tlestew s’issa, ibbenefikaw 859 familja waqt li għaddej xogħol fi stat avvanzat fi blokok oħrajn li minnhom qed jibbenefikaw 389 familja oħra.

Il-Ministru Galdes poġġa fuq il-mejda tal-kamra, lista sħiħa ta’ blokok residenzjali tal-Gvern li fihom sar jew qed isir xogħol ta’ manutenzjoni.

Sena Blokki Lokalità Numru ta’ units Spiża
2016 – 2017 Okella Agius Ħamrun 48 €333,000
2016 – 2017 Blokki A, B, E, F Ta’ Giorni 64 €254,730
2016 – 2017 Blokki A5 – A11, Triq Pietru Darmenia Pembroke 80 €371,190
2017 – 2018 Blokk A Dr 1, Dr 2 u Blokk B Dr 1, Dr 2 Triq Sir Ugo Mifsud Lija 40 €164,164
2017 – 2018

c/o 2019

Blokki A1, A2, A3, A4 u B1, B2, B3 Qasam Ta’ Pennellu Mellieħa 45 €397,892
2017 – 2018 Blk 8, Ent 3 u 8; Blk 9, Ent 11 u 12, Misrah Dorell, Sta Lucija

Blk 10 Ent 7, 8, 9, 10; BLK 11 Ent 11, 12, 13, Triq il-Gardenja, Sta Lucija

Sta Luċija 84 €481,462
2017 – 2018 Blokki C u D Ta’ Giorni Housing Estate San Ġiljan 32 €119,479
2018 Blokki A – G Wied Hesri Siġġiewi 52 €163,253
2018 Blokki A, B Misrah il-Hawh u Blokk 8 Triq il-Ballut San Ġwann 75 €318,449
2018 – 2019 Blokki A – N Laqxija Birkirkara 84 €635,804 stima
2018 – 2019 Blokki A5 – A11, Triq Pietru Darmenia Phase 2 Pembroke €200,428 stima
2018 – 2020 Blokki  X2 – X4, Y1 – Y5 Qormi 48 €327,190 stima
2018 – 2020 Blokki 1, 2, 4 u Blokki A, B, C Triq is-Sibi Kalkara 64 €348,486 stima
2018 – 2019 Scheme 2 Blokki 1,2 u Scheme 3 Blokk 1 Paola 61 €248,268
2018 – 2019 Blokki 4, 5 Triq Hal-Luqa Tarxien 28 €131,260 stima
2019 – 2020 Blokki 4, 6, 7,13, 14, 15 Qasam Bini tal-Gvern San Gwann 110 €596,036 stima
2019 – 2020 Binja Hamrija Naxxar 25 €163,308 stima
2019 – 2020 Blokki Z1 – Z6 Triq id-Deheb Fin Qormi 96 €480,813 stima
2019 – 2020 Blokki A, B, C, D Triq is-Sebh u Blokki 9, 10 Triq il-Gnien Qormi 48 €216,551 stima
2019 Blokki A – I Dawret Hal-Tmiem Zejtun 54 €156,528
2019 – 2020 Blokki A, B, C, D, E F Qasam tal-Bini Ta’ Djar Zabbar 110 €685,487 stima

Il-Ministru Roderick Galdes qal li hemm 390 applikazzjoni quddiem l-Awtorità tad-Djar, minn individwi li huma anzjani li qed jistennew akkomodazzjoni alternattiva.

Il-Ministru Galdes qal li hemm ukoll 91 applikazzjoni minn individwi li għandhom diżabilità u 11 -il applikazzjoni minn individwi b’każijiet soċjali marbuta ma’ vjolenza domestika.