Qorti
Jibda ġuri dwar stupru – jinstema’ bil-bibien magħluqa

Il-Qorti kriminali beda l-ġuri ta’ żewġt irġiel li jinsabu mixlija li stupraw turista Taljana fl-2016.

Il-ġuri qed isir bil-bibien magħluqa.

Emmanuel Ngumezi min-Niġerja u Seydon Bandango mill-Burkina Faso jinsabu mixlija li f’Lulju tal-2016 ħatfu lit-turista Taljana fil-Bajja ta’ San Ġorġ u saqu biha lejn Pembroke fejn allegatament stuprawha.

Skont rapporti l-Pulizija kienet sabet vettura f’Pembroke u fiha kien hemm tfajla tgħajjat għall-għajnuna u raġel mingħajr qalziet. Raġel ieħor kien barra l-karozza u telaq jiġri malli lemaħ il-Pulizija.

Aħbarijiet Oħra
Immigrazzjoni

L-AFM għaddejja b’operazzjoni ta’ salvataġġ biex issalva 76 immigrant, fosthom 15-il mara li wħud minnhom qed iġorru tarbija, li jinsabu f’diffikultà bejn sema u ilma. Id-dgħajsa, li fuqha jinsabu l-immigranti,…

Kronaka

George Degiorgio, wieħed mit-tliet irġiel akkużati bil-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, talab mill-ġdid għas-sospensjoni tal-proċeduri kontrih. L-avukat ta’ Degiorgio, Dr William Cuschieri talab lill-Prim Awla biex tissospendi l-proċeduri kontrih fil-Qorti…

Kronaka

Anzjan ta’ 74 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn vettura f’Ħal Qormi. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-20:30 tal-bieraħ filgħaxija fi Triq il-Vitorja. L-anzjan intlataq minn vettura ta’ tip…

Aktar