Barranin
Jibda jiġi skavat l-ewwel bastiment tal-Vikingi f’iktar minn seklu

Arkeologi fin-Norveġja bdew jiskavaw l-ewwel bastiment tal-Vikingi f’iktar minn seklu.

Il-bastiment, twil madwar 20 metru, instab sentejn ilu f’sit f’Gjellestad,  li kien jintuża bħala ċimiterju.

L-iskavar mistenni jdum ħames xhur, fejn l-arkeoloġi jinsabu ħerqana għal dak li jistgħu jsibu midfun mal-bastiment.

Dan hekk kif il-bastiment kien jindifen ma’ persuna importanti, flimkien ma’ oġġetti u annimali li kienu meqjusa importanti għall-vjaġġ etern. Dawn l-oġġetti, flimkien mal-għamla tal-bastiment innifsu, jistgħu jkomplu jitfgħu dawl fuq il-ħajja tal-Vikingi.

S’issa nstabu biss tliet vapuri oħra ta’ din ix-xorta.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Għall-ewwel darba minn meta faqqgħet il-pandemija, il-President Amerikan Donald Trump libes il-maskra fil-pubbliku. Huwa għamel dan meta żar l-isptar militari Walter Reed lil hinn minn Washington fejn iltaqa’ ma’ suldati…

Barranin

Ħames persuni inqatlu f’attakk fi knisja fl-Afrika ta’ Isfel, li x’aktarx seħħ waqt argument dwar it-tmexxija tagħha. Il-pulizija qalu li salvaw irġiel, nisa u tfal minn sitwazzjoni ta’ ostaġġ fil-periferija…

Xogħol

Mal-bidu tas-sajf, l-aktar meta t-temperaturi jibdew jaqbżu t-30 grad celsius, tiżdied id-domanda għas-sistemi tal-arja kkundizzjonata. L-assoċjazzjoni tal-importaturi tas-sistemi tal-arja kkundizzjonata ffurmata minn disa’ importaturi qed isib diffikultà biex issib ħaddiema…

Annimali

Waħda miż-żewġ ċifiet li ġimagħtejn ilu ġew salvati wara li tgħaqqdu fi xlief mormi fil-baħar, inħelset lura fl-ambjent naturali tagħha. Birdlife Malta qalet li għalkemm kienu fortunati li ż-żewġ ċifiet…

Aktar