Barranin
Jibda jinstema’ l-appell dwar il-legalità tas-sospensjoni tal-Parlament Ingliż

Fir-Renju Unit, beda s-smigħ tal-appell imressaq quddiem il-Qorti Suprema tar-Renju Unit, li fi żmien tlett ijiem trid tagħti deċiżjoni dwar jekk il-Prim Ministru Boris Johnson setax jisssospendi l-Parlament.

Dan wara li l-Qorti fl-Iskozja ddeċidiet li s-sospensjoni ta’ ħames gimgħat tal-Parlament mill-Prim Ministru Johnson hija illegali.

Il-ġimgħa l-oħra, il-għola qorti fl-Iskozja iddeċidiet li l-azzjoni tal-Prim Ministru tmur kontra il-liġi, b’kuntrast mad-deċiżjoni tal-qorti fl-Ingilterra u Wales li ttieħdet ġimgħa qabel. Il-President tal-Qorti Suprema qalet li d-deċiżjoni tagħhom mhux se taffetwa bl-ebda mod id-data tal-ħruġ mill-Unjoni Ewropea, u lanqas mhi se tindirizza l-aspetti politiċi fid-diskussjoni fuq Brexit.

Il-każ quddiem il-Qorti Suprema qed jitmexxa mill-attivista favur li r-Renju Unit jibqa’ fl-Unjoni Ewropea, Gina Miller, bl-għajnuna tal-eks Prim ministru tar-Renju Unit, John Major. Johnson qed jiġi akkużat li qed jipprova jagħlaq ħalq id-deputati biex ma jiskrutinizzawx il-pjani tiegħu għal Brexit.

Diversi deputati kontra Brexit qed jgħidu li f’każ li l-Qorti Suprema tiddeċiedi kontra d-deċiżjoni tal-Gvern, il-Parlament għandu jitlaqqa’ mill-ewwel. Jekk il-Qorti tiddeċiedi li Johnson żgwida lir-reġina bil-parir tiegħu, huwa jkollu jirreżenja. L-avukat tal-Gvern tar-Renju Unit, Lord Richard Keen, qal li l-Gvern se jbaxxi rasu għad-deċiżjoni tal-Qorti.

Il-Prim Ministru Johnson tilef il-maġġoranza fil-House of Commons, minħabba li jrid joħroġ lir-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea sal-aħħar ta’ Ottubru, anke mingħajr ftehim.

Aħbarijiet Oħra

Il-President Amerikan Donald Trump ma kkommettix ruħu li jekk fl-elezzjoni ta’ Novembru jitlef, jitlaq il-poter minn idu bil-kelma t-tajba. Waqt konferenza tal-aħbarijiet fil-White House, Trump qal li rridu naraw x’se…

Żewġ uffiċjali tal-pulizija qed isofru minn ġrieħi ta’ arma tan-nar hekk kif eluf ta’ nies niżlu jipprotestaw fil-belt Amerikana ta’ Louisville u sparaw fuqhom. Il-protesti saru hekk kif il-ġuri ewlieni…

Il-vapur Alan Kurdi b’133 immigrant abbord biddel ir-rotta tiegħu u beda jbaħħar lejn il-port ta’ Marsilja fi Franza. L-immigranti ġew salvati s-Sibt li għadda u l-vapur talab l-għajnuna taċ-ċentri ta’…

Alexei Navalny, il-mexxej tal-Oppożizzjoni fir-Russja u kritiku tal-President Russu Vladimir Putin, ġie rilaxxat mill-isptar f’Berlin fejn kien qed jingħata l-kura wara li kien ġie avvelenat. L-isptar Charité qal li temm il-kura…

Aktar