Qorti
Jibda l-ġuri ta’ raġel akkużat bi traffikar ta’ 2kg reża tal-kannabis

Beda l-ġuri ta’ Tony Curmi ta’ 38 sena minn Ħal Tarxien li jinsab akkużat bi traffikar ta’ 2kg raża tal-kannabis.

Huwa kien ġie arrestat f’Novembru, 2014 wara li l-Pulizija kienet irċeviet informazzjoni li l-akkużat qed ibigħ id-droga.

Fi tfittxija li kienet saret fil-karozza tiegħu ma kinitx instabet droga. Madankollu, waqt sorveljanza fuq garaxx tiegħu, il-pulizija rat raġel ieħor iħalli l-garaxx b’borża bajda. Il-pulizija kienet waqfitu u sabitlu r-raża tal-kannabis. Fil-garaxx kien instab miżien u qratas żgħar vojta li jintużaw fit-traffikar tad-droga. Dan ir-raġel qed jistenna wkoll li jgħaddi ġuri.

Il-ġuri ta’ Curmi qed jinstema’ quddiem l-Imħallef Consuelo Scerri Herrera.