Jibda x-xogħol fuq l-ewwel dar tal-anzjani f’Għawdex

Beda x-xogħol infrastrutturali għall-ewwel dar tal-Gvern għall-anzjani f’Għawdex li se tkun qed tiġi tiswa aktar minn miljun ewro.

Fix-xhur li għaddew il-Ministeru ta’ Għawdex għamel il-proċess tal-applikazzjonijiet mal-MEPA biex Dar San Ġużepp tinbidel f’Dar għall-Anzjani.

Il-proġett qed isir b’kollaborazzjoni bejn il-Ministeru għal Għawdex u d-Djoċesi Għawdxija u ser jipprovdu 140 sodda għall-anzjani fil-gżira Għawdxija.

Id-dar il-ġdida tal-anzjani f’Għajnsielem Għawdex li se issir flok Dar San Ġużepp, u mistennija titlesta  fix-xhur li ġejjin.

Fil-baġit, il-Gvern ħabbar dan il-proġett ser isir b’investiment ta’ aktar minn miljun ewro u permess tiegħu f’Ghawdex ser ikun hemm l-ewwel dar tal-gvern għall-anzjani. Sal-lum l-anzjani Għawdxin li jkollhom bżonn akkomodazzjoni residenzjali kellhom għażla bejn ftit sodod fid-djar tal-Knisja jew f’Dar Privata tal-anzjani jew inkella f’żewġ swali fl-isptar ġenerali ta’ Għawdex.

Il-proġett tad-dar tal-anzjani f’Għajnsielem ser isir wara ftehim bejn il-Ministeru għal Għawdex u d-djoċesi Għawdxija li qablet li tikri l-istitut ta San Ġużepp li kien orfanatrofju biex isir dar għall-anzjani.

Din id-dar se tinbena b’żewġ sulari, b’sular minnhom ikun tal-Gvern u s-sular l-ieħor ikun tal-privat. Il-ħsieb huwa li jkun hemm fiha kmamar b’żewġ soddod bil-għan li jakkomodaw koppji anzjani u b’hekk dawn ma jinfirdux minn xulxin fl-aħħar snin ta’ ħajjithom.

Din id-dar minbarra diversi faċilitajiet, ser ikollhom wieħed mill-isbaħ xenarji fuq ix-xatt l-Aħmar. Ir-residenti se jkunu assigurati minn żona kbira ta’ rikrejazzjoni anke fil-ġonna ta’ madwar. L-awtortitajiet diġà kellhom bosta talbiet minn anzjani sabiex jidħlu f’din id-dar il-ġdida, iżda s’issa l-applikazzjonijiet għadhom mhux jintlaqgħu.

 

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Anzjan ta’ 72 sena minn Ħal Qormi ġarrab ġrieħi gravi wara li allegatament ġie aggredit minn tliet persuni f’attentat ta’ serqa. Il-każ seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-ħdax ta’ filgħaxija fi Triq…

Aktar