Lokali
ARA: Jibda x-xogħol ta’ twaqqigħ tal-fabbriki bħala parti mill-proġett tal-Marsa
Żewġ fabbriki fit-tarf tal-qasam industrijali tal-Marsa ġew irrilokkati għall-oqsma industrijali ta’ Ħal Far u Bulebel biex ikun jista’ jsir il-proġett tal-junction tal-Marsa meqjus minn Transport Malta bħala l-akbar proġett ta’ toroq li qatt sar f’Malta. It-twaqqigħ tal-ewwel fabbrika beda diġà u sa Marzu ser ikun tlesta x-xogħol biex tibda t-tieni fażi tal-proġetti bit-twessiegħ ta Triq Aldo Moro.
Beda t-twaqqigħ ta’ żewġ fabbriki fiż-Żona Industrijali, fil-Marsa, bi tħejjija għall-proġett tal-Junction tal-Marsa. Fi żjara fuq il-lant tax-xogħol ma’ uffiċjali ta’ Transport Malta u l-periti tal-proġett, il-Ministru għall-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali, Ian Borg, qal li ż-żewġ fabbriki kellhom jitwaqgħu biex minflokhom tgħaddi s-sistema ġdida ta’ toroq u flyovers.

Il-perit responsabbli mil-proġett, Antoinette Conti, qalet li din l-ewwel fażi tal-proġett mistennija titlesta sa Marzu li ġej.

Antoinette Conti spjegat li bħalissa bdew l-ewwel xogħlijiet fuq l-ewwel kuntratt li bażikament jinvolvi t-twaqqigħ tal-fabbriki li qegħdin fin-nofs tal-area fejn eventwalment ser tiġi l-junction u għalhekk bdew mill-BIM Limited, fabbrika li ġie rilokata f’post ieħor u l-kutrattur beda bit-twaqqigħ.

Il-Perit Conti qalet li t-twaqqigħ tat-tieni fabbrika, l-Astra Cast, ser jibda f’Jannar wara li din tiġi rilokata f’Bulebel. Il-Ministru Borg qal li dawn ix-xoghlijiet għalissa mhux ser jaffetwaw it-traffiku.

“It-traffic flow se jibqa’ l-istess minħabba li x-xogħol se jkun contained fl-Industrial Park. Ovvjament meta jitlesta din il-fażi ikun hemm direzzjoni mill-Awtorità u nitlob il-koperazzjoni ta’ kulħadd” qal Dr Borg.

Il-Ministru Borg qal li fit-tieni fażi tal-proġett se jsir it-twessigħ u rikostruzzjoni ta’ Triq Aldo Moro. Qal li bħalissa għaddej il-proċess tal-aġġudikazzjoni għal dan il-kuntratt li għalih sar offerti minn kuntratturi Maltin u barranin.

Dal-proġett b’investiment li jilħaq madwar €70 miljun se jsir fi tliet fażijiet bil-qofol tiegħu jkun il-bini ta’ seba’ flyovers li jagħtu lejn direzzjoni differenti għat-traffiku li jgħaddi minn u lejn Triq Aldo Moro.

 

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Simon* kellu 20 sena meta miss l-ewwel darba mad-droga. ”Spiċċajt nagħmel kollox li jiġi għal idi. Ma taħseb u ma tikkalkula xejn x’se tagħmel u dak li jiġi f’moħħok tagħmlu”…

Lokali

Il-Partit Nazzjonalista rrefera għal storja ppubblikata f’The Guardian u staqsa fejn marru l-€40 miljun li ntilfu fl-ewwel sena mill-ftehim ta’ għaxar snin li l-Gvern għamel mal-Ażerbajġan għax-xiri tal-gass LNG. The…

Lokali

Fl-ewwel sessjoni plenarja tal-Konferenza Ġenerali Annwali tal-Partit Laburista, is-Segretarju tal-Eżekuttiv tal-Partit Laburista, Lydia Abela rreaġixxiet għall-vot fil-Parlament dwar il-liġi fuq il-vjolenza domestika. Qalet li hi kburija li l-grupp parlamentari Laburista…

Lokali

Il-Life Network Foundation  u l-Gift of Life laqgħu l-intervent tal-President Marie Louise Coleiro Preca dalgħodu, li fi stqarrija qalet li għandu jkun hawn perjodu itwal ta’ riflessjoni, u qalet li…

Aktar