Lokali
Jibda x-xogħol ta’ twessigħ tal-Marsa-Ħamrun Bypass

Beda x-xogħol fuq proġett ta’ €5 miljun li biha ser jiżdiedu żewġ karriġjati fil-Marsa Ħamrun Bypass fejn ħafna ħinijiet tal-ġurnata jeħel it-traffiku f’din arterja tat-traffiku li mill-Mina ta’ Santa Venera tagħti lejn il-Marsa.

Fl-eqqel tal-ħin tat-traffiku, is-sewwieqa jieħdu medja ta’ 11-il minuta biex joħorġu minn taħt il-mina ta’ Santa Venera lejn il-Marsa bit-traffiku jeħel fil-parti triq li tagħti lejn il-Marsa minħabba li tagħlaq qiesha lembut.

Il-Ministru għat-Trasport Ian Borg qal li “kull min ħiereġ jew dieħel mill-mini ta’ Santa Venera irid jesperjenza ċirkustanza fejn inti jkollok żewġ korsijji u tispiċċa b’waħda; għax imbagħad għandek nies ġejjin u sejrin fuq flyover għad-direzzjoni lejn l-Imrieħel u allura rajna li permezz ta’ twessigħ ineħħu din il-bottleneck.”

Il-Ministru Ian Borg kompla jgħid li b’investiment ta’ €5 miljun beda x-xogħol fuq proġett tal-Ministeru tat-Trasport u l-Infrastruttura biex fil-parti tat-triq li tidjieq isiru żewġ kariġġjati oħra li għandhom jaffaċilitaw l-andament tat-traffiku.

Il-proġett mistenni jitlesta fi żmien 13-il xahar. Wara li jistlestew ix-xogħlijiet, il-Marsa-Ħamrun Bypass jinqasam fi tliet karreġġjati f’kull direzzjoni.

Il-Ministru Borg spjega li biex isir dax-xogħol kellhom jittieħdu partijiet mill-artijiet li kellhom il-bdiewa bi qbiela. Huwa qal li x-xogħlijiet se jsiru f’diversi fażijiet biex ikun evitat l-inkonvenjent u ser jissaħħu s-servizzi tad-drenaġġ, l-ilma u l-elettriku tal-inħawi.

Aħbarijiet Oħra
Infrastruttura

Wara li tqanqlu bosta oġġezzjonijiet għall-ftehim propost dwar il-kuntratt ta’ ċens ta 99 sena mal-grupp Corinthia, jidher li sar progress fuq xi bidliet fil-kuntratt li permezz tiegħu l-Corinthia ser tkun…

Kumpaniji

Toly Products hi l-eqdem fabbrika fil-qasam industrijali ta’ Bulebel, mnejn ilha topera kważi ħamsin sena. Minn bidu modest b’erbgħin impjegat matul is-snin, il-fabbrika kompliet tikber u llum timpjega 400 ħaddiem,…

Kronaka

Żewġ persuni jinsabu bi ġrieħi ta’ natura gravi wara li faqqa’ argument bejn 7 persuni fi Triq Villabate, f’Ħaż-Żabbar. L-argument seħħ għall-ħabta tal-16:00 meta mara ta’ 26 sena residenti f’Bormla…

Aktar