Kronaka
Jindarab gravi wara li laqtitu l-karozza ftit wara li niżel minnha

Raġel ta’ 60 sena ndarab gravi wara li laqtitu l-karozza malli niżel minnha.

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-7.45am fi Triq ix-Xatt, il-Kalkara.

Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li raġel ta’ 60 sena residenti Marsaskala safa’ ferut. Jidher li r-raġel kien għadu kif niżel mill-vettura tiegħu iżda għal xi raġuni, din iċaqalqet u laqtitu.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma, l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard, il-vittma ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.

Aħbarijiet Oħra
Partit Nazzjonalista

Fuq id-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista feġġ kartellun li jgħid “vot kontra Delia vot kontra t-tesserati”. Dan huwa wieħed minn sensiela ta’ kartelluni li twaħħlu fl-aħħar jiem mal-faċċati tal-każini tal-Partit Nazzjonalista…

Lokali

Malta ħadet isem fit-taħriġ ta’ professjonisti fil-liġi marittima internazzjonali permezz ta’ istitut li jopera mill-Universitaà taħt l-awspiċi tal-Organizazzjoni Marittima Internazzjonali, l-IMO, li hi waħda mill-aġenziji speċjalizzati tan-Nazzjonijiet Magħquda. Fi tletin…

Lokali

Għandha l-għeruq fl-Ordni tal-Kavallieri ta’ San Ġwann u hi mnebbħa mill-valuri Kattoliċi fosthom li tkun ta’ servizz għall-oħrajn. Il-missjoni tagħha hi li ssalva l-ħajjiet tan-nies billi tkun minn tal-ewwel biex…

Aktar