Lokali
Jibdel id-dar f’mużew ta’ antikitajiet

Joseph Mangion dalwaqt se jaqta’ xewqtu u jiftaħ għall-pubbliku d-dar tal-ġenituri tiegħu fil-qalba ta’ Ħal Lija. Huwa għandu f’idejh il-permessi biex jagħmel dan wara li biddel id-dar f’mużew ta’ antikitajiet. Id-dar – mużew se tkun parti mill-wirt li l-lokalita’ ta’ Ħal Lija se turi lill-pubbliku billi hemm il-ħsieb li tifforma parti mill-heritage trail tat-tliet irħula fiċ-ċentru ta’ Malta.

Hekk kif tirfes l-għatba ta’ din id-dar f’Ħal Lija tistħajlek dħalt f’mużew tal-antikitajiet . . . fil-fatt hekk hu. Joseph Mangion ilu joħlom li jibdel id-dar f’mużew. Kollox beda minn sett ta’ vari li kellu missieru.

“Missieri kellu zijuh, li kien jaħdem mal-istatwarju Karlu Darmanin. Hawn ħafna xogħol minn tiegħu, u fi żmien missieri meta fi żmien il-Ġimgħa l-Kbira kien jorganizza wirja, kien jarma dal-vari li qegħdin isfel kien jarmahom fl-intrata u kien idaħħal in-nies jarawhom. Issa missieri ilu mejjet sbatax-il sena u jien bqajt newdhen biex dak li beda missieri forsi nkomplih imma nkomplih b’xi ħaġa differenti,” qal Joseph Mangion.

Fost l-aktar affarijiet għal qalb is-Sur Mangion huma l-bambini tax-xemgħa, li llum ftit li xejn għadek tara bħalhom.

“Dawk għandhom 300 sena. Il-kundizzjoni tagħhom għada perfetta. Dawk huma għal qalbi ħafna,” kompla s-Sur Mangion.

Il-kollezzjoni tinkludi fost oħrajn vetrini mimlija statwi, figurini, għamara antika bħal vetrina skorfina oriġinali, gradenza tal-għasfur, sufan tal-iljuni miż-żgħar, u żewġ kmamar tas-sodda, li malli tidħol fihom tħossok mort lura fiż-żmien.

Is-Sur Mangion għandu wkoll kollezzjoni ta’ għodda antika.

“Imur ħafna l-irkantijiet u ilni nmur ħafna ġod-djar tan-nies. Fejn nara xi ħaġa li togħġobni nara dak li jkun xi jrid tagħha u nara li l-budget tiegħi jkun ilaħħaq nissallab biex nixtriha,” qal Joseph Mangion.

Mart Joseph, Mary Mangion, saret dilettanta tal-antikità daqs żewġha u tagħtih daqqa t’id ukoll.

“Bil-paċenzja, it-tfarfir kollox f’idejja, kollox waħdi,” qaltilna s-Sinjura Mangion.

Is-Sur Mangion se jsemmi l-mużew għal ommu u missieru – ‘Josephine and Gino House’ – bil-ħsieb li din id-dar – mużew li se tiftaħ għall-pubbliku dalwaqt, tkun parti minn heritage trail għal Ħal Lija, Ħal Balzan u Ħ’Attard.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Bank of Valletta ħabbar li minn nhar it-Tnejn 1 ta’ Ġunju 2020 se jkun qed iżid il-ħinijiet tal-ftuħ tal-fergħat tiegħu għal skeda kważi normali. Minn nhar it-Tnejn, il-Fergħat tal-BOV se…

Immigrazzjoni

Fi stqarrija, il-Forzi Armati ta’ Malta kkonfermat li ddaħħlu Malta grupp ta’ 9 itfal u 18-il mara immigranti. Dan l-AFM qalet sar minħabba raġunijiet umanitarji. It-Tnejn filgħaxija, grupp ta’ madwar…

Kronaka

Libjan ta’ 16-il sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident ilbieraħ fil-Gżira. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-sitta u nofs ta’ filgħaxija f’Manoel Island meta l-ġuvni qabeż fil-baħar…

Aktar